L-għan ta’ dan il-proġett ta’ memorja kollettiva, li ġie organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018 f’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, hu li l-istejjer mistura tal-familji Maltin u Għawdxin li huma marbutin ma’ dawn l-oġġetti jistgħu jinġabru lkoll. L-annedoti li huma marbutin ma’ dawn l-oġġetti miġjubin mill-poplu qed jiġu ddokumentati minn professjonijisti li ġejjin minn diversi oqsma kif ukoll voluntiera mħarrġa, li imbagħad ikunu jistgħu jikkreaw ħażna ta’ memorji kollettivi għall-arkivji tal-mużew.
Il-wirja esebixxiet oġġetti li jirrelataw mal-passat u l-preżent t’Għawdex u kienet miftuħa fil-Ministeru t’Għawdex mill-20 sal-25 ta’ Ottubru. L-avveniment prinċipali bdiet tul il-lejla ta’ l-24 ta’ Ottubru u kompliet sal-25 ta’ Ottubru f’Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex. Dan il-proġett komunitarju sar biex onora lil nies u oġġetti tal-passat. Tul il-lejla kien hemm preżentazzjonijiet minn Naupaca Dance Factory u divertiment mill-band Għawdxija Cash and Band, kif ukoll kċina magħmula apposta għall-avveniment li serviet ikel ta’ qabel il-gwerra li huma kienu msajrin b’ingridjenti lokali. In-nies setgħu ukoll jiftakru u jiċċelebraw il-memorja tal-imħabbiet tagħhom billi jixgħelu xemgħa b’rispett tagħhom.
Edizzjonijiet oħra ta’ dan l-avveniment jinkludu Qatt ma Ninsa – Life at Sea (Ħajja fuq il-Baħar) li seħħet fil-Mużew Marittimu fil-Birgu, kif ukoll Qatt ma Ninsa – Birgu.