It-tielet edizzjoni ta’ dan il-workshop saret fit-30 ta’ Mejju 2015 u ħeġġet lil bosta tfal u individwi oħra mill-pubbliku biex jipparteċipaw f’din is-sessjoni mużikali li tuża strumenti li nħolqu minn materjali riċiklati. Kulħadd ħa gost jikkrea ritmi b’spirtu pront fuq it-tnabar u xejkers magħmulin minn bramel taż-żebgħa, kontejners tal-plastik antiki u diversi materjali oħra.
Dan il-workshop jemfasizza l-importanza f’li tgħaqqad lil nies ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, b’abbiltajiet, twemmin u razez differenti f’ambjent ta’ kollaborazzjoni.
L-attività kienet parti mill-Valletta Green Festival.
Ir-Recycled Percussion Workshop kien organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018 f’kollaborazzjoni ma’ Earth Garden.