Is-serje Sounds Out Loud hija mmirata għal żgħażagħ b’ħiliet differenti u għal dawk li jieħdu ħsiebhom biex jiskopru għodod kreattivi utli għall-iżvilupp personali. Rosetta Debattista, terapista fil-qasam tal-mużika, Mousse Ndiaye, mużiċista mis-Senegal u medjatur tal-paċi u ċ-Ċentru tar-Riżorsi Eduakattivi fil-Livell Primarju ta’ San Miguel se jikkollaboraw flimkien f’dan il-programm innovattiv fejn se jintuża d-djembe biex bil-ħoss tiegħu jinħolqu kemm ħsejjes kif ukoll ritmi qawwija fi ħdan din il-komunità.
Fi tliet snin, il-proġett Sounds Out Loud infirex u qed joffri r-riżorsi tiegħu lil diversi komunitajiet biex ikabbru l-ħiliet tagħhom. Mousse Ndiaye se jmexxi wkoll prestazzjoni flimkien ma’ parteċipanti tal-programm u mużiċisti professjonali bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.