Għalina l-bnedmin, li kollha għandha l-polz individwali tagħna, ir-ritmu huwa xi ħaġa fundamentali. Il-modi kif nisimgħu dak il-polz individwali u kif inwieġbu għalih huma ħiliet essenzjali fil-ħidma li ssir ma’ żgħażagħ b’abbiltajiet differenti. Ix-xogħol li jsir fi grupp joħloq polz wieħed komuni li jħeġġeġ lill-individwu jħossu parti minn sħuħija waħda.
Sounds Out Loud huwa proġett li jilħaq il-qalba ta’ kull student bis-saħħa ta’ interazzjoni mużikali sensittiva. Permezz tal-użu ta’ elementi mużikali bħat-tempijiet u d-dinamiki, il-mexxej adult jiltaqa’ mal-parteċipant żagħżugħ u jinkorpora kollox f’ħoss sħiħ. Instab li x-xogħol ritmiku kapaċi jimmotiva lill-persuni b’mod li jmur lil hinn minn dak li jista’ jsir fir-rutina ta’ kuljum. Dan iħeġġeġ lill-istudenti żgħażagħ biex jieħdu sehem, igawdu kif ukoll jinstemgħu.
Is-serje Sounds Out Loud hija mmirata għal żgħażagħ b’ħiliet differenti u għal dawk li jieħdu ħsiebhom biex jiskopru għodod kreattivi utli għall-iżvilupp personali. Rosetta Debattista, terapista fil-qasam tal-mużika, Mousse Ndiaye, mużiċista mis-Senegal u medjatur tal-paċi u ċ-Ċentru tar-Riżorsi Eduakattivi fil-Livell Primarju ta’ San Miguel se jikkollaboraw flimkien f’dan il-programm innovattiv fejn se jintuża d-djembe biex bil-ħoss tiegħu jinħolqu kemm ħsejjes kif ukoll ritmi qawwija fi ħdan din il-komunità.
Fi tliet snin, il-proġett Sounds Out Loud infirex u qed joffri r-riżorsi tiegħu lil diversi komunitajiet biex ikabbru l-ħiliet tagħhom. Mousse Ndiaye se jmexxi wkoll prestazzjoni flimkien ma’ parteċipanti tal-programm u mużiċisti professjonali bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
It-terapista mużikali Rosetta Debattista qed tmexxi dan il-proġett ta’ tliet snin flimkien ma’ perkussjonisti lokali u tfal u adoloxxenti b’ħiliet differenti.
Sounds Out Loud ser jittella’ bil-gwida ta’ Moussé Ndiaye – mużiċist Senglejan li jdoqq il-batterija u d-djembe.
Bħalissa qed isiru workshops fi:
- San Miguel Resource Centre
- Dun Manoel Attard Resource Centre
- Alternative Learning Programme
- Paolo Freire Institute
Qed isiru l-preparamenti għall-wasla ta’ Mousse Gueye Ndiaye u żewġ artisti li se jakkumpanjawh bejn l-10 u l-20 ta’ April 2018.
Kunċert semi-fimali se jittella’ fid-19 ta’ April April 2018 fl-16:00 speċifikament għat-tfal tal-Paolo Freire Institute.
Il-kunċert finali se jittella’ fl-20 ta’ April 2018 fil-11:00 fil-MSM nil-parteċipazzjoni ta’:
- San Miguel Resource Centre
- Dun Manoel Attard Resource Centre
- Alternative Learning Programme
Artisti Lokali jakkumpanjaw il-proġett fuq livelli differenti jinkludu lil Michael Vella Zarb, Jess Rymer, Dorian Mallia, Rachel Calleja, Diane Portelli. Maria Elena Farrugia, Benji Cachia u Luke Baldacchino.