Valletta 2018 investiet bil-qawwa fi programm li jara l-involviment ta’ madwar 1000 artist lokali u internazzjonali, kuratur, kollettivi ta’ artisti, mexxejja ta’ workshops, kittieba, disinjaturi, kori u produtturi tal-films. Filwaqt li numru ta’ artisti internazzjonali qed jikkollaboraw ma’ persuni lokali matul il-programm tal-2018, artisti Maltin qed jivjaġġjaw lejn il-Kapitali Ewropea tal-Kultura ġemella tagħna, Leeuwarden fin-Netherlands, kif ukoll lejn bliet oħra f’Ċipru, fil-Ġappun, fil-Polonja u fil-Greċja.
Il-programm tal-2018 huwa bbażat fuq investiment dirett ta’ €10 miljun fis-settur kulturali. Fiċ-ċentru tal-programm tal-2018 hemm bosta proġetti infrastrutturali mfassla biex jevolvu u jespandu lil hinn mill-2018. Fost dawn insibu l-MUŻA, il-Valletta Design Cluster, Is-Suq tal-Belt u Strada Stretta.
Biex issir taf aktar, niżżel il-Programm Kulturali għall-2018 minn din il-ħolqa jew ara hawn taħt: