Jekk interessat biex tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni kreattiva fejn tista’ tirbaħ €2000, applika hawn.

‘Create Your World’ hija t-tema u l-messaġġ magħżul għal din il-kompetizzjoni kreattiva li hija miftuħa għal żgħażagħ ta’ 19-il sena jew anqas, u li xogħlhom ikopri l-arti diġitali, il-mekkanika, it-teknoloġija, il-mużika jew id-disinn tal-kompjuters. Permezz ta’ workshops, iż-żgħażagħ ikunu mistiedna jitgħallmu aktar dwar il-kategoriji uniċi u l-premijiet tal-kompetizzjoni lokali, b’sejħa biex jitressqu s-sottomissjonijiet miftuħa sal-20 ta’ Mejju 2018 (is-sejħa ġiet estiża).

Ir-rebbieħa Maltin se jkunu il-mistiedna tal-unur għal ċerimonja li matulha jingħataw il-premijiet f’Malta, u wara jivvjaġġaw lejn Linz għall-festival ta’ Prix Ars Electronica li se jsir f’Settembru 2018. Ix-xogħol tagħhom se jkun ukoll għall-wiri waqt esebizzjoni speċjali fiċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora, f’Novembru 2018.

Biex tipparteċipa, applika hawn.

 

Maħluq u organizzat minn Ars Electronica Linz GmbH & Co KG u Valletta 2018.