Il-kunċett wara dan it-tlaqqigħ huwa li jippreżenta, taħt l-istess saqaf, il-ħsejjes u r-ritmi differenti li skjeraw tant diversità fil-mużika dance.

L-udjenza ser titħeġġeġ tesplora l-istili differenti, timraħ, titnikker – jew aħjar – tiżfen mal-istili differenti li ser jinsġu soundtrack ritmiku għal dan l-avveniment. Il-festival ser juri wkoll diversi teknoloġiji marbuta ma’ ġeneri mużikali differenti, u b’hekk joħloq pjattaforma biex it-talent il-ġdid ikun jista’ jvara stili innovattivi u jilħaq udjenzi lokali.

Il-festival huwa organizzat minn Joven Grech bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018.