L-Iljieli Utopjani se jsiru matul il-kors ta’ erba’ avvenimenti b’tema, fejn l-esperti se jkunu qed jinvolvu l-pubbliku b’interpretazzjonijiet artistiċi ta’ temi politiċi urġenti.
Is-sessjonijiet kollha se jinkludu dibattiti ma’ esperti u stedina għal rispons pubbliku, segwiti mill-opportunità biex ikomplu d-diskussjoni matul avveniment soċjali.
L-attività li jmiss se tittella’ bejn it-Tnejn 30 ta’ Lulju sal-Ħadd 5 ta’ Awwissu 2018.