Dawn il-punti tal-kumpass saru ċ-ċentru ta’ attivitajiet, ġbir ta’ stejjer, laqgħat u avvenimenti kreattivi, biex tingħaraf il-preżenza tal-irjieħ minn lenti storika, mitoloġika u tal-ħajja u l-importanza tagħhom fil-kultura Mediterranja.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tikkollabora ma’ Rubberbodies Collective biex tinvestiga l-istejjer u t-tradizzjonijiet marbuta mar-riħ u l-influwenzi kulturali tiegħu b’arti tradizzjonali u medja diġitali. Il-Warda Tar-Riħ (The Windrose Project) tistħarreġ it-tpartit ta’ ideat artistiċi u kulturali, għerf u snajja’ fl-Għarb, Marsaxlokk, L-Imġarr (Malta) u tas-Sliema.