Spazji Teatrali: Katalgu ta’ Teatri f’Malta u Għawdex

Spazji Teatrali: Katalgu ta’ Teatri f’Malta u Għawdex hija esplorazzjoni ta’ 78 teatru u spazju teatrali mifruxa madwar il-Gżejjer Maltin, li teżamina l-kwalitajiet ġenerali fiżiċi, tekniċi u artistiċi ta’ kull teatru.

Dan il-katalgu jippreżenta profil ta’ kull teatru li fih data viżwali u teknika li tvarja min-numru ta’ siġġijiet tat-teatru sat-tip ta’ palk, art u stat ta’ manutenzjoni ġenerali. Din id-data tippermetti lill-artisti u l-produtturi tat-teatru biex jidentifikaw b’mod aħjar l-adegwatezza ta’ kull teatru għall-użu tagħhom. Kull profil tat-teatru jelenka wkoll id-dettalji amministrattivi, inkluż l-istruttura tas-sjieda u d-dettalji tal-kuntatt.

Spazji Teatrali: Katalgu ta’ Teatri f’Malta u Għawdex huwa proġett ta’ fondi pubbliċi tar-riċerka kkummissjonat mill-Arts Council Malta.

Niżżel il-katalgu Spazji Teatrali hawn.

Il-katalgu huwa l-aħħar fergħa tal-proġett tal-Immappjar Kulturali tal-Valletta 2018, li inkluda fih ukoll Culture Map Malta, portal onlajn ta’ aktar minn 4,000 spazju kulturali f’Malta u f’Għawdex, u On Culture: Mapping Valletta 2018, ktieb editjat mill- Prof. Vicki Ann Cremona li jippreżenta seba’ esejs miktuba minn persuni akkademiċi mill-Università ta’ Malta dwar l-użu ta’ spazji kulturali minn perspettivi akkademiċi differenti li jvarjaw mill-antropoloġija sal-ekonomija u x-xjenzi tal-arkivji.