We are excited to announce that Tafal, our new series of short contemporary dance films, will launch this month. This project was influenced by a previous Cultural Programme event, the 2014 edition of Qatt ma Ninsa, during which maritime memories inspired by historic objects were shared and recorded.
Tafal is collaborative project with the ŻfinMalta Dance Ensemble and the Malta Maritime Museum. It was brought to life over the past year by ten dancers, two choreographers, and a team of makeup artists, wardrobe specialists, filmmakers, designers and developers.
Tafal invites you to travel with us to the bottom of the sea, back in time to WWI, on a”dagħjsa” with a surprise, and behind the curtain of a barbershop for the Royals. See a glimpse of what’s to come in the short sneak peek below!
Visit our Facebook page on November 16th for the launch of the full Tafal series of short films.
X’jiġri meta jitħalltu memorji u movimenti?
Ninsabu ħerqana inħabbru li Tafal, is-serje ġdida tagħna ta’ films qosra bi żfin kontemporanju, se titnieda dan ix-xahar. Dan il-proġett kien influwenzat mill-avveniment Qatt ma Ninsa, proġett ta’ Valletta 2018 li ttella’ ġewwa l-Mużew Marittimu ta’ Malta f’Mejju 2014, li matulu ġew maqsuma u miġbura memorji marittimi ispirati minn oġġetti antiki.
Tafal huwa proġett kollaborattiv ma’ ŻfinMalta Dance Ensemble u l-Mużew Marittimu ta’ Malta. Il-proġett huwa mtella’ minn għaxar żeffiena, żewġ koreografi, u tim ta’ artisti speċjalizzati fil-kostumi, films, disinn u żvilupp ta’ applikazzjonijiet għall-mowbajl.
Tafal jistiednek biex tivvjaġġa magħna sa qiegħ il-baħar, lura fiż-żmien l-ewwel gwerra dinjija, fuq dgħajsa b’sorpriża, u wara l-purtiera ta’ barbier tal-familji rjali. Ara biċċa zgħira minn dan il-proġett hawn fuq!
Żur il-paġna tal-Facebook tagħna fis-16 ta’ Novembru biex tara s-serje sħiħa ta’ films qosra Tafal.