Valletta 2018 hija ċelebrazzjoni eċċitanti ta’ sena – programm kulturali li jibda fil-belt kapitali tagħna u li jinfirex lejn il-bliet u rħula madwar Malta u Għawdex kollha. Il-Ftuħ tagħna jiġbed folol fil-qalba tal-Belt Valletta bil-mużika u d-divertiment, artisti tat-triq u prestazzjonijiet li se jxerrdu l-kelma dwar il-Ftuħ madwar it-toroq tal-kapitali, esibizzjonijiet li se jsiru f’diversi postijiet madwar il-belt, open days li jiskopru mill-ġdid l-ispazji affaxxinanti storiċi tal-Belt Valletta, attivitajiet tal-qari tal-istejjer maħsuba għar-residenti tal-belt u l-ispazji li jużaw, u ħafna aktar.

Fiċ-ċentru tal-festa grandjuża tagħna nsibu l-ferħ, iż-żfin, il-mużika u l-ħolm li jimlew l-erba’ pjazez ewlenin tal-Belt Valletta – Pjazza San Ġorġ, il-Pjazza ta’ San Ġwann, Pjazza Kastilja, u ż-żona madwar il-Funtana tat-Tritoni – fejn il-grupp teatrali Katalan, La Fura dels Baus, se jinvolvi lill-udjenza permezz ta’ akrobaziji ta’ barra, filwaqt li ŻfinMalta joffru prestazzjonijiet taż-żfin kontemporanju. Matul iċ-ċelebrazzjoni tagħna, il-projezzjonijiet diġitali, l-arti tal-vidjow u s-sinfonija tal-kor se jagħtu atmosfera sabiħa u maġika lill-kapitali tagħna. U madwar il-belt kollha, il-baned jivjaġġaw u l-artisti se jwasslu l-festi fit-toroq, filwaqt li jistiednu lir-residenti u lill-viżitaturi minn madwar il-Gżejjer Maltin kollha biex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni spettakolari.

 

Fl-20 ta’ Jannar, ingħaqdu magħna għal Erba’ Pjazez, bi spettakli kull siegħa matul is-serata. Erba’ Pjazez se jiġi ospitat fi Pjazza Tritoni (Il-Qawma tat-Tritoni), Pjazza San Ġorġ (Qalbna), Pjazza San Ġwann (Elfejn u Tmintax) u Pjazza Kastilja (Minn Qiegħ l-Imgħoddi għall-Quċċata tal-Ġejjieni).

Matul il-ġimgħa tal-20 ta’ Jannar, mill-14 sal-21 ta’ Jannar, ejjew ingħaqdu magħna għall-Ġimgħa tal-Ftuħ. Se jsiru diversi attivitajiet fil-Belt Valletta u l-madwar għall-ġimgħa kollha li se twassal għall-ftuħ, hekk kif nippreparaw biex nospitaw is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. L-attivitajiet tal-Ġimgħa tal-Ftuħ jinqasmu f’sitt temi differenti:

Segwi l-ħoloq t’hawn fuq u qalleb fil-Programm tal-Ftuħ ta’ Valletta 2018 hawn taħt biex tiskopri aktar: