Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ikkollaborat mal-Kunsill Malti għall-Isport biex tinħoloq MOVE Week, li hi parti mill-kampanja Now We Move u li tiġġieled kontra n-nuqqas t’attività u l-obeżità madwar l-Ewropa.
MOVE Week 2015 tinkludi attivitajiet bħalma huma ‘Games in the City’ u ‘Walk the Towers’ li huma mmirati għal tfal ta’ kull età. F’‘Games in the City’, it-tfal ħadu sehem f’attivitajiet sportivi ġol-Belt Valletta u Smart City, filwaqt li f’‘Walk the Towers’, ipparteċipaw f’mixji ggwidata mill-belt kapitali saż-Żurrieq b’solidarjetà mal-Malta Community Chest Fund.
Attivitajiet oħrajn bħal ‘Cama Cama Superjump’ u ‘Zumbo 500’ kienu mmirati lejn tfal li jmorru skejjel sekondarji, biex jippromwovu attività fiżika. F’‘Cama Cama Superjump’, it-tfal kellhom jaqbżu għal ġol-baħar mlibbsin kostumi tad-daħk, filwaqt li f’‘Zumbo 500’, l-istudenti ngħataw rutina ta’ eżerċizzju divertenti mingħand għalliema taż-Żumba, fost attivitajiet divertenti oħrajn.