Il-Fondazzjoni Valletta 2018 Foundation tixtieq tistieden fornituri u persuni li jipprovdu servizz biex jissottomettu Espressjoni ta’ Interess biex jiġu miżjuda mal-lista ta’ fornituri tas-servizz esterni tas-sostennibbiltà tal-Fondazzjoni.

Dawn il-provvisti u s-servizzi se jippermettu lill-produtturi u l-kollaboraturi tal-avvenimenti biex jimplimentaw il-Politika Sostenibbli tal-Avvenimenti tal-Valletta 2018 il-ġdida b’faċilità u b’appoġġ.

Dawn il-fornituri u persuni li jipprovdu servizz se jaħdmu flimkien mal-produtturi tal-avvenimenti u l-Fondazzjoni Valletta 2018 f’allinjament mal-politika skont l-ambitu u l-miri tal-proġett, fil-ħin, filwaqt li jżommu mal-baġit u skont ir-regoli u r-regolamenti li jirregolaw il-Fondazzjoni.

Din l-Espressjoni ta’ Interess għandha tinkludi dettall tas-servizzi u/jew provvisti offruti u l-ispejjeż individwali tagħhom għal kull oġġett. Produtturi tal-avvenimenti mbagħad se jirċievu dawn l-għażliet permezz tad-database u jieħdu ħsieb l-impenji fuq bażi individwali. Servizzi u provvisti offruti jistgħu jiġu verifikati fi kwalunkwe ħin, u jiġu kklassifikati dwar il-provenjenza u l-awtentiċità sostenibbli. Il-fornituri u l-persuni li jipprovdu servizz kollha għandhom ikunu reġistrati mad-dipartiment tal-VAT.

L-Espressjoni ta’ Interess għandha tintbagħat permezz ta’ email fuq [email protected] sas-26 ta’ Ġunju 2017. Jistgħu jiġu mibgħuta kjarifiki permezz ta’ email fuq l-istess indirizz tal-email sal-20 ta’ Ġunju 2017.

 

Provvisti meħtieġa:

Riżorsi għall-ġestjoni tal-‘Iskart’

bins ta’ 120 litru

bins ta’ 240 litru

bins ta’ 1100 litru

skip ta’ 6 jarda

skip ta’ 10 jarda

skip ta’ 16-il jarda

Boroż suwed bijodegradabbli jew tal-istandard tal-kunsill

Boroż tar-riċiklaġġ bijodegradabbli jew tal-istandard tal-kunsill

Boroż trasparenti bijodegradabbli ta’ 120 litru

Boroż trasparenti bijodegradabbli ta’ 80 litru

Boroż kompostabbli ta’ 120 litru

Stikek li jiġbru ż-żibel (Litter pickers)

Ingwanti kompostabbli

 

Ilma

Sistemi Grey water

Sistemi ta’ fuq is-sit tar-reverse osmosis

Filters tax-xorb tal-ilma tal-vit

Distributuri tal-ilma u tankijiet ta’ 19-il litru

 

Ikel u Xorb

Fajjenza u pożati għall-kiri

Stazzjonijiet tal-ħasil għall-kiri (biex jinħaslu t-tazzi jew il-fajjenza u l-pożati li jistgħu jerġgħu jintużaw)

Kontenituri tal-ikel kompostabbli

Kontenituri tal-ikel tal-karti

Platti tal-karti

Tazzi kompostabbli

Tazzi tal-karti

Tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw

Fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw

Kontenituri tax-xorb li jistgħu jerġgħu jintużaw

Pożati kompostabbli

Pożati tal-injam

Srievet

 

Prodotti oħra meħtieġa

Taħlita tat-tojlits ibbażata fuq l-enżimi ekoloġika (biex tintuża fit-tojlits portabbli blu)

Prodotti tat-tindif bijoloġiċi

Klips tal-kejbils li jistgħu jerġgħu jintużaw

 

Tekniku

Dawl LED

Skrins u strutturi LED

Ġeneraturi tal-bijokarburanti

Sistemi tal-enerġija solari

PA tal-enerġija solari

Dawl tal-enerġija solari

 

Servizzi meħtieġa:

Fornituri tal-ikel organiku

Fornituri tal-ikel ħieles mill-pestiċidi

Fornituri tal-ikel lokali

Tojlits tal-kompost

Tojlits bijoloġiċi

Persuni li jnaddfu t-tojlits

Persuni li jnaddfu l-postijiet fejn isiru l-avvenimenti

Persuni li jbattlu l-bins matul l-avvenimenti

Bennejja u mastrudaxxi b’esperjenza fil-materjali li jistgħu jerġgħu jintużaw

Għażliet tat-trasport ekoloġiċi

 

Servizzi tal-ġestjoni tal-iskart:

Ġbir tal-bins

Ġbir tal-iskips

 

*jekk jogħġbok semmi fejn se tkun qed tieħu kull wieħed minn dawn l-oġġetti

Ħġieġ

Plastik

Metall

Kompost

Skart ieħor

 

Kundizzjonijiet

L-ispejjeż kollha tal-kunsinna jew tal-ordni jew il-limitazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-espressjoni.

 

Ambitu

L-ambitu ta’ din is-sejħa huwa biex il-fornituri u persuni li jipprovdu servizz jiġu miżjuda ma’ lista ta’ fornituri tas-servizz tal-Fondazzjoni. Li tiġi miżjud mal-lista ma jiggarantix l-ingaġġ tal-fornitur jew persuna li tipprovdi servizz mill-Fondazzjoni. Fornituri jew persuni li jipprovdu servizz se jiġu mitluba li jipprovdu kwotazzjonijiet u sussegwentement jiġu ingaġġati skont kif meħtieġ mill-Fundazzjoni. Din is-sejħa bl-ebda mod ma tissuġġerixxi jew tiggarantixxi li l-Fondazzjoni hija marbuta li tingaġġa fornitur jew persuna li tipprovdi servizz.

 

Espressjoni ta’ Interess

Meta tiġi sottomessa espressjoni ta’ interess, l-applikazzjoni għandha tipprovdi:

  • Dettalji tal-kuntatt
  • Deskrizzjoni tal-kumpanija
  • Portafoll ta’ provvisti jew servizzi
  • Dikjarazzjoni ta’ informazzjoni kif xieraq rigward l-etos tal-kumpanija, il-provenjenza sostenibbli, il-materjali użati, statistiċi tal-impatt jew krediti tal-karbonju użati jekk dan jibbenefika l-applikazzjoni tiegħek
  • Lista ta’ servizzi u provvisti dettaljati bl-ispejjeż
  • Dikjarazzjoni tal-impenji/disponibblità/ammonti attwali disponibbli