Filwaqt li jislet mit-temi li ma jispiċċaw qatt tal-imħabba abbandunata, telfien u xenqa, dan il-proġett interdixxiplinarju f’żewġ partijiet jgħaqqad il-leġġenda mil-Lvant Nofsani ta’ Layla u Majnun u l-ħrafa Griega ta’ Orpheus u Eurydice. Orfeo & Majnun huwa rakkont mill-ġdid eċċitanti espress permezz ta’ livelli differenti; in-narrattiva tinseġ flimkien Malti, Ingliż u Għarbi, filwaqt li l-mużika tgħaqqad stili orjentali u oċċidentali – Dick van der Harst, Moneim Adwan, u Howard Moody.
Dan it-teatru mużikali poetiku jinkoraġġixxi wkoll liċ-ċittadini lokali sabiex jieħdu sehem f’workshops kreattivi; taħt id-direzzjoni artistika ta’ Martina Winkel u Airan Berg, l-ewwel parti tal-prestazzjoni tiċċelebra l-kokreazzjoni bi stejjer assoċjattivi u kast ta’ pupazzi ta’ annimali mfassla waqt il-workshops. It-tieni parti tkompli tiżvolġi spettaklu uniku u ta’ għaqda, teatru ta’ emozzjonijiet.
Ir-rappreżentazzjoni tal-mużika-teatru ta’ Orfeo & Majnun se tittella’ fid-19 u l-20 ta’ Ottubru 2018. Niżżel il-ktejjeb ta’ informazzjoni ta’ Orfeo & Majnun minn hawn.
Niżżel it-termini u l-kundizzjonijiet marbuta mal-kompetizzjoni li qed issir bil-kollaborazzjoni ta’ Freehour hawn.
Orfeo & Majnun huwa kofinanzjat mill-Programm Creative Europe tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Ambaxxata Franċiża.