Pjazza f’Pjazza hija festival li tiċċelebra l-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u l-komunità tagħha. Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u Pjazza Teatru Rjal, l-enerġija li toħroġ minn dan l-avveniment timla lil Ħaż-Żabbar b’lejl ta’ mużika, ikel u arti, filwaqt li tipprovdi ambjent fejn parteċipanti barranin jistgħu jingħaqdu u jiltaqgħu mal-komunità Żabbarija.
Mgħehjjun mill-Fondazzjoni Valletta 2018, dan il-festival tat-triq jinkludu il-proġett ta’ #IamHazZabbar, li hi esperjenz awdjoviżwali li tirrivolvi madwar iż-Żabbarin – nies residenti f’Ħaż-Żabbar. #IamHazZabbar tinkludi serje ta’ workshops li fihom nies żgħażagħ Żabbarin u minn lokalitajiet ġirien jitgħallmu modi differenti ta’ kif jirrakkuntaw l-istejjer għall-komunità Żabbarija. Il-workshops jinkludu l-fotografija, l-intervisti, editjar ta’ vidjow, u kif ukoll produzzjoni ta’ mużika. Il-prodott finali jintwera waqt Pjazza f’Pjazza, maġemb preżentazzjonijiet u xogħlijiet kkreati mill-aħjar artisti u kittieba Maltin minn Ħaż-Żabbar.