Il-kunċerti huma biss parti mill-missjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta: u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mużiċisti f’dik li hi mużika klassika hija wkoll ta’ prijoritá kbira. Huwa b’dan il-ħsieb li twaqqfet l-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ Malta. Bil-parteċipazzjoni ta’ mużiċisti żgħażagħ li jesegwixxu regolarment u li fil-proċess jindirizzaw repertorju estensiv, il-mira tal-Orkestra taż-Żgħażagħ hija li sservi bħala pass importanti fl-iżvilupp tal-mużiċisti ta’ għada.
Kull sena, fi tmiem l-istaġun tal-kunċert, l-Orkestra taż-Żgħażagħ u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta jingħaqdu flimkien għall-kunċert annwali tagħhom. Din is-sena, iż-żewġ orkestri se jiffukaw fuq il-Mediterran, rikonoxximent lill-popli li jmissu mal-Mediterran kif ukoll il-baħar innifsu – inevitabbilment sawru l-kultura Maltija, u mhux inqas il-mużika li ħarġet minnha. Taħt id-direzzjoni ta’ Sergey Smbatyan u bis-sehem tal-baritonu Gevorg Hakobyan, iż-żewġ orkestri se jesploraw il-wirt mużikali tal-kulturi differenti li jmissu mal-istess baħar. Il-kunċert huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.