Sfilata fil-Kapitali hija l-pjattaforma għall-preżentazzjonijiet maħluqa miċ-ċittadini relatata mal-proġett Orfeo & Majnun. Orfeo & Majnun: Ġrajja tal-Imħabba, it-Telfa u x-Xewqa jikkonsisti minn teatru tal-emozzjonijiet, fejn leġġendi antiki minn kulturi differenti jiltaqgħu, Orfeo & Majnun tgħaqqad żewġ stejjer tal-imħabba flimkien – dik ta’ Orpheus and Eurydice, l-istorja Griega magħrufa ta’ mħabba traġika, u Layla and Majnun, il-ġrajja klassika Persjana li saret magħrufa bħala r-Romeo u Ġuljetta tal-Lvant. Il-proġett jimpenja ruħu ma’ dawn il-leġġendi ċentrali biex tesplora t-temi eterni tal-imħabba, tat-telfa u tax-xewqa, li mbagħad jiġu rrakkontati mill-ġdid f’diversi forom minn parteċipanti minn kull mogħdija tal-ħajja.
L-isfilata, li se tittella’ fil-Belt Valletta, se tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ mijiet ta’ ċittadini minn diversi komunitajiet, baned, mużiċisti, rakkontaturi tal-istejjer, żeffiena, korijiet u aktar. Din l-isfilata fantastika se twasslilna taħlita sħiħa ta’ pupazzi tal-annimali, animati mill-parteċipanti, li se jduru dawra meraviljuża madwar it-toroq tal-Belt Valletta. Il-parteċipanti se jmorru minn triq għal oħra, minn kantuniera sa kantuniera, filwaqt li jiltaqgħu ma’ sorpriżi fil-forma ta’ mużika, żfin, rappreżentazzjonijiet qosra, rakkontar tal-istejjer, daqq tal-mużika, baned, u diversi forom oħra ta’ espressjoni artistika matul il-mogħdija tagħhom.
Niżżel il-ktejjeb ta’ informazzjoni ta’ Orfeo & Majnun minn hawn.
Orfeo & Majnun huwa kofinanzjat mill-Programm Creative Europe tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Ambaxxata Franċiża.