Circus4Life Workshop
15 sa 19 ta’ Settembru 2018

09:30 sa 12:30 għal etajiet 12 sa 15

17:00 sa 20:00 għal etajiet 16+

Aġenzija Żgħażagħ, Santa Venera

Biex tirreġistra għall-workshop, ikkuntattja: agenzija.zghazagh@gov.mt

Circus: Changing the Story (rappreżentazzjonijiet)
21 ta’ Settembru 2018 fis-19.30
De Porres Hall, Sliema

Biex tixtri l-biljetti, żur ticketline.com.mt

23 ta’ Settembru 2018 fit-19.45
Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex

Dħul b’xejn

Iċ-ċirku Rwandan u l-grupp tal-akrobazija “Future Vision Acrobat” ser jiġu Malta u Għawdex biex jiġbdu l-udjenzi bl-enerġija kbira tagħhom, spettakli ta’ emozzjoni u divertiment.

 Matul l-għaxart ijiem taż-żjara tagħhom fuq il-gżejjer Maltin, il-grupp FVA ser imexxi workshop  mifrux fuq ħamest ijiem bl-isem ta’ “Circus for life” filgħodijiet mill-9.30 sa 12.30 nofsinhar għaż-żgħażagħ minn 12 sa 15-il sena u mill-17:00 sas-20:00 għal dawk li għandhom ’il fuq minn sittax-il sena.

 Il-workshop ser ikun jinvolvi taħlita ta’ ħiliet akrobatiċi u oħrajn relatati maċ-ċirku kif ukoll l-abbiltà li wieħed jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu permezz tal-moviment u l-akrobazija billi jikkorjogrofa biċċa prestazzjoni biex jagħmilha waqt l-ispettaklu. Il-parteċipanti ser ikunu wkoll imħeġġa jaqsmu l-istejjer ta’ ħajjithom biex jippromwovu sens ta’ fehim u r-rispett lejn dawk li jkunu ġejjin minn sfondi jew nazzjonalitajiet differenti.

 Il-prestazzjoni tal-akrobati FVA ser turi minn kemm bogħod jiġu n-nies u x’jistgħu jilħqu jekk jibqgħu jippersistu għal futur aħjar, li fih jista’ jkollhom ħajja tajba u ċans li jbiddlu d-dinja għall-aħjar. L-ispettaklu ser jinqasam f’atti li l-parteċipanti ser ikunu preparaw matul il-workshop ta’ ħamest ijiem.

L-akrobati FVA huma nies li salvaw mill-ġenoċidu u l-fundaturi tal-FVA. Dan għamluh billi użaw l-akrobazija biex iġiegħlu ż-żgħażagħ li kienu qegħdin jgħixu fit-triq ġo Gisenyi f’Rwanda, jmorru lura l-iskola u fi djar sikuri billi jerġgħu jiksbu l-fiduċja f’ħaddieħor u fihom infushom. FVA tiġbor il-fondi mill-ispettakli u billi torganizza skejjel taċ-ċirku biex jiffinanzjaw il-programmi tagħhom.

 Future Vision Acrobat hija approvata mill-Federazzjoni Rwanda Performing Arts u siefret ħafna drabi madwar id-dinja kollha fuq diversi tours, festivals u mawriet sponsorjati oħra.

Aġenzija Żgħażagħ u rise, żewġ entitajiet li t-tnejn jaħdmu maż-żgħażagħ billi jużaw mezzi differenti, għaqqdu l-forzi tagħhom biex iwasslu ‘Circus4Life’. Aġenzija Żgħażagħ tilqa’ d-detenturi żgħażagħ tal-karta Eyca u żgħażagħ oħra li jattendu l-kafeteriji tagħhom f’lokalitajiet differenti, biex jieħdu sehem f’dan il-proġett aħħari. Dan huwa proġett li jagħti l-ispazju li jippermetti liż-żgħażagħ jattendu biex jesploraw l-arti tal-akrobaziji filwaqt li jiġu wiċċ imbwiċċ mar-realtà li jinsabu fiha ż-żgħażagħ fi Rwanda. Aġenzija Żgħażagħ u rise jaspiraw li jkabbru l-għarfien taż-żgħażagħ dwar it-twemmin fihom infushom u li jingħata lok biex jiġu identifikati d-differenzi u l-kwistjonijiet komuni li jiltaqgħu magħhom ż-żewġ partiijet.

 Dan l-avveniment huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.