Dan is-simpożju ta’ nofs ġurnata se jgħaqqad lin-nies flimkien biex jiddiskutu l-programm tal-arti stabbilit matul dawn l-aħħar snin fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Ir-Residenza għall-Artisti hija kkurata minn Pamela Baldacchino, koordinatriċi tad-Deep Shelter Project u tifforma parti mill-Programm AiR tal-Fondazzjoni Valletta 2018 li jgħaqqad l-arti, is-saħħa u l-benessri.
Is-simpożju se jsir fil-Kamra tal-Konferenzi fid-Dipartiment tar-Radjografija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, Tal-Qroqq, l-Imsida (ħdejn Mater Dei). Nilqgħukom mis-14:00. Is-simpożju nnifsu jibda fis-14:30 u jagħlaq fis-18:00 b’xarba ħafifa u netwerking sas-19:00.
Programm:
1. Taħdita ta’ introduzzjoni minn Dr. Ann Laenen
2. Film dokumentarju ta’ Deep Shelter minn Tim Lewis
3. Diskussjoni tal-bidu minn Dr. Hilary Moss
4. Caldon Mercieca se jimmodera diskussjoni ma’ Dr. Benna Chase, Marika Fleri u Pam Baldacchino
5. Waqfa qasira għat-te
6. Preżentazzjoni mingħand Angelika Bock u Sergio Muscat tar-residenza għall-artisti internazzjonali
7. Diskussjoni panel miftuħa għall-udjenza
8. Xorb u netwerking
Din hija attività pubblika imma s-siġġijiet huma limitati. Ir-reġistrazzjoni hija fuq bażi ta’ min jibbukkja l-ewwel jilħaq l-ewwel. Biex tirreġistra, segwi din il-ħolqa.
Is-simpożju huwa inizjattiva tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Deep Shelter Project u huwa appoġġjat minn SAMOC.