Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tappoġġja l-proġett tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li jismu ‘The Power of Storytelling’. Il-proġett għandu l-għan li jnissel kuxjenza favur il-potenzjal tar-rakkontar bħala għodda tat-tagħlim fl-edukazzjoni formali u informali. Din se ġġib ‘il quddiem l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi meta jużaw l-istejjer u r-rakkontar mal-istudenti tagħhom sabiex jinkiseb il-litteriżmu, l-iżvilupp soċjo-emozzjonali u l-kuxjenza kulturali.

F’dan il-proġett li jieħu jumejn mis-27 sat-28 t’April 2018, il-parteċipanti se jkunu qed isegwu programm magħmul minn workshops, preżentazzjonijiet u rakkontar ta’ stejjer min-narratur professjonali magħruf Nell Phoenix. Il-proġett huwa mmexxi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-FEST “il-Federazzjoni Ewropea tar-Rakkontar”, network Ewropew ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jippromwovu r-rakkontar tal-istejjer madwar l-Ewropa. L-avvenimenti marbuta mar-rakkontar tal-istejjer se jsiru fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana.

Dan huwa l-programm tal-avvenimenti:

Il-Ġimgħa 27 t’April 2018

Mid-9am sal-10am – Workshop tar-Rakkontar tal-istejjer interattiv mingħand Nell Phoenix, narrattriċi professjonali magħrufa, għal studenti u edukaturi minn skejjel primarji lokali li jipparteċipaw f'”Għidli Storja/Tell Me a Story”

Mill-10am sal-10:15am – Rakkontar ta’ stejjer minn għażla ta’ studenti minn skejjel primarji li jipparteċipaw f'”Għidli Storja/Tell Me a Story” immexxi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Mill-10:15am sal-10:45am – Pawża

Mill-10:45am sa 11:45am – Workshop tar-Rakkontar tal-istejjer interattiv min-Nell Phoenix, narratur professjonali magħruf għal studenti u edukaturi minn skejjel primarji lokali li jipparteċipaw f'”Għidli Storja/Tell Me a Story”

Minn 11:45am sa 12pm- Għeluq: Rakkontar ta’ stejjer minn għażla ta’ studenti minn skejjel primarji li jipparteċipaw f'”Għidli Storja/Tell Me a Story” immexxi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Is-Sibt 28 t’April 2018

Mid-9:30am sal-9.45am – Introduzzjoni: Rakkontar tal-istejjer mingħand Nell Phoenix, narratriċi professjonali magħrufa

Mill-9.45am sal-11.15am – Workshop tar-Rakkontar tal-istejjer interattiv mingħand Nell Phoenix (il-familji għandhom japplikaw sad-19 ta’ April billi jċemplu l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fuq 25983324 jew billi jibagħtu email fuq [email protected])

Mill-11:15am sal-11:30am- Għeluq: Rakkontar ta’ stejjer mingħand Nell Phoenix