Taħt il-patroċinju tal-Fondazzjoni Valletta 2018, l-iStrada Stretta Concept se ttella’ l-opra ‘Turandot’, adattata u diretta minn Dr Giuseppe Schembri Bonaci, nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru 2017 fit-20:00 fl-iSplendid, Strada Stretta.

Ibbażata fuq id-dramm miktub minn Carlo Gozzi, l-opra tirrakkonta l-ħrafa tal-Prinċep Calaf fit-tentattivi tiegħu li jirbaħ il-qalb iebsa tal-Prinċipessa Turandot.

Ix-xogħol ta’ Gozzi inħoloq bħala provokazzjoni kontra u biex jinki lil Goldoni. Adattat minn Schiller, Brecht, Puccini, Vachtangov, Busoni, u oħrajn….jiġi lejn Strada Stretta, din id-darba bl-adattazzjoni u d-direzzjoni ta’ Giuseppe Schembri Bonaci. Irjus maqtugħa, qlub maqtugħa u tliet taqbiliet se jiġu fi Strada Stretta. Ingħaqad mal-Prinċep mhux magħruf, mal-Prinċipessa Turandot, Liu, Ping, Pang & Pong … u bosta rjus.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit ta’ Facebook.