Żeffiena ta’ ŻfinMalta u komunitajiet differenti jingħaqdu sabiex jaqsmu moviment u kreattività permezz ta’ dan il-programm ta’ residenza ta’ komunikazzjoni li jiffoka fuq l-inklussività. Il-programm jinkoraġġixxi attività fiżika u parteċipazzjoni fiż-żfin u jibni kuxjenza taż-żfin fost udjenzi ġodda. Matul tmien residenzi qosra ma’ komunitajiet differenti – li jistgħu jinkludu pazjenti fi sptar, ċentri tal-kura ta’ matul il-jum, ċentri taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħrajn – żewġ membri tal-kumpanija jwasslu workshops iggwidati. Il-parteċipanti huma mħeġġa joħolqu l-materjal ta’ moviment tagħhom stess matul dawn il-workshops, li jilħqu l-qofol tagħhom fil-prestazzjoni ta’ żifna qasira informali li tista’ tinqasam mal-familja u l-ħbieb.
Ritratt: Niels Plotard