F’dan il-proġett jissieħbu membri tal-komunità; minn residenti individwali għal awtoritajiet pubbliċi u jiffoka fuq l-oqsma kollha fejn l-ispazju pubbliku, l-interazzjoni tal-komunità u l-kwistjonijiet soċjali jiltaqgħu. B’dan il-mod, tkun qed tħares lejn modi differenti ta’ kif jintuża l-ispazju pubbliku waqt li jkun hemm pussess komuni permezz ta’ interventi żgħar u attivitajiet staġjonali.

L-inizjattiva hija mifruxa f’żewġ taqsimiet: is-sehem tal-komunità fi proċess li jwassal għal workshop dwar l-intervent urban immexxi minn 72Hrs Urban Action (Berlin), u Forum dwar id-Disinn Urban, immexxi minn Architecture Project (Malta) u minn Something Fantastic (Berlin), li jġib flimkien professjonisti tad-disinn urban kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

How’s the water, installazzjoni pubblika ġewwa Birżebbuġa li ffokat fuq passaġġ abbandunat li jgħaqqad żona residenzjali ħdejn il-faċilità tar-riżerva Shell lejl l-ilma ta’ Pretty Bay, Birżebbuġa, saret f’Ottubru tal-2017. Tim ta’ periti internazzjonali u lokali, artisti u ħassieba ingħaqdu bl-użu tal-metodoloġija 72 Hour Urban Action biex jaħdmu f’intervent ħdejn il-Ghzira Battery.

 

How's the water1

how's the water 2