Sponsorjat mill-Fondazzjoni Andrew W. Mellon, il-Fond għall-Protezzjoni tal-Artisti (APF) huwa programm ġdid fl-Istitut tal-Edukazzjoni Internazzjonali, li jipprovdi boroż ta’ studju essenzjali lil artisti mhedda li jiġu minn kwalunkwe qasam artistiku u jpoġġihom f’universitajiet u ċentri tal-arti ospitanti f’pajjiżi sikuri.
Malta se tkun qed tospita Membru APF wieħed għal tnax-il xahar—dan se jipprovdi lill-artist b’ambjent sikur fejn jgħix u jaħdem—inkluż: akkomodazzjoni, spazju ta’ studio, appoġġ lokali u opportunitajiet ta’ netwerking ma’ artisti oħra u ma’ membri tas-soċjetà ċivili Maltija.