Orpheus in the Underworld, li hija parodija divertenti tal-opra Orpheus ed Eurydice ta’ Christoph Willibald Gluck, tlaqqagħna ma’ żewġ maħbubin li ftit li xejn iġerrħu ’l xulxin. Eurydice ma tistax tissaporti lil żewġha jdoqq il-vjolin u għaldaqstant taħrab ma’ Pluto fit-Tniebri. Orpheus jitlaq biex jiksibha lura, iżda mbagħad isir jaf li ma jkunx huwa biss li qed isus warajha. X’biċċa din! Intant Jupiter tegħlbu kurżità dwar dan l-akkwist il-ġdid ta’ Pluto.
Mistħajla mill-ġdid fis-snin tmenin, din il-produzzjoni moderna tipprometti operatta divertenti mimlija sess, gideb u skandli li biħsiebha tifqa’ bid-daħk lil kulħadd bid-daħk, b’mod speċjali lill-adoloxxenti. Addiju t-togi bojod tradizzjonali! Minflok stennew fixnets, spalletti, xortsijiet imlewna kollhom xejxi u stili ta’ xagħar ħipp ta’ barra minn hawn.
Id-direzzjoni ta’ Orpheus in the Underworld hija f’idejn Brock Roberts, li dan l-aħħar idderieġa Carmen għall-Edinburgh Studio Opera u Venus and Adonis ta’ John Blow u Actéon ta’ Charpentier flimkien ma’ Michael Barry għall-Birmingham Conservatoire. Il-konduttur huwa Philip Walsh.
Tistgħu tiksbu l-biljetti billi ċċemplu lit-Teatru Manoel fuq 21246389 jew iżżuru s-sit uffiċjali tal-produzzjoni fuq www.teatrumanoel.com.mt.
Din l-opra tat-Teatru Manoel Youth Opera ser tittella’ b’mod konġunt mit-Teatru Manoel u l-Fondazzjoni Valletta 2018.