Il-proġett jiddeskrivi l-influwenza u l-progressjoni ta’ diversi strumenti mużikali filwaqt li jagħti lill-pubbliku l-opportunità li jgawdi u jifli strumenti antiki minn perjodi differenti tal-istorja tagħna. Il-proġett jospita programm ta’ esibizzjonijiet mużikali minn artisti lokali u internazzjonali bi tħejjija għal esibizzjoni maġġuri ta’ strumenti miġbura minn kollezzjonijiet Maltin.
L-esibizzjoni ser tidħol fil-qalba tal-kultura tal-istrumenti mużikali Maltin bi ħsejjes li jvarjaw mill-era preistorika sas-seklu dsatax u turi kif il-mużika lokali għandha l-marka tal-Imperi l-kbar li rebħu l-Mediterran matul l-istorja.
Immaġni: c. Edward Caruana Dingli (1876-1950) – Portraits, Views and Folkloristic Scenes, Nadine Debattista Briffa, Nicholas de Piro, Natalino Fenech, Madeleine Gera, Fondazzjoni Patrimonju Malti, 2010