Sejħa għal turija ta’ interess
Tmexxija ta’ bars u food stalls
Nhar it-27 t’ Ottubru 2018
Qed issir sejħa għal applikazzjonijiet biex jittieħdu bars u food stalls fl-attività Sfilata fil-Kapitali nhar is-Sibt 27 ta’ Ottubru li se ssir fit-Toroq u Pjazez tal-Belt Valletta, avveniment li jinkludi, baned, żfin, sketches, parata, parodija, wirjiet, Mużika, u Djs, mis-2pm sal-11pm, li l-attendenza mistennija tkun ta’ madwar 20,000 u 40,000.
Din l-attività hija kollha kemm hi Komunitarja, u għalhekk l-applikanti għandhom ikunu biss Għaqdiet u Organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-Komunità fil-Lokal tagħhom.
BARS
Min jirbaħ l-offerta se jkun obbligat jixtri prodotti mingħand General Soft Drinks u Marsovin.
Spirti (alcohol) jistgħu jinxtraw minn kumpaniji oħra. General Soft Drinks, lesti jipprovdu Fridges għal prodotti tagħhom biss u tined.
Min jirbaħ l-offerta jrid jipprovdi
- It-tagħmir kollu spejjez tiegħu, inkluż armar tal-bars, dwal, u provisti tal-elettriku tiegħu, u konsum ta l-elettriku
- Armar ta’ bar ċentrali – mħaddem minn 4 barmen
Ma’ din l-applikazzjoni, min se japplika għandu jipprovdi lista dettaljata tal-prodotti li se jinbiegħu, flimkien ma’ lista tal-prezzijiet. Min japplika bla ma jagħti ħjiel tal-prezzijiet tal-prodotti se jkun eliminat. Lista tal-prezzijiet tal-prodotti għandha tkun imwaħħla f’post prominenti fejn il-pubbliku jista’ faċilment jaraha.
Mhuwiex permess li jitħallew vetturi kummerċjali ipparkjati, barra mill-postijiet allokati, qabel u waqt l-avveniment. L-operatur jeħtieġ ineħħi u jnaddaf kull tip ta’ skart wara li jispiċċa l-avveniment. Hija responsabiltà tal-applikant li jiżgura li jseħħu proċeduri ta’ ndafa; m’għandu jithallas fil-post ebda skart, la likwidu u l-anqas solidu.
L-applikant għandu jipprovdi kontenituri li fihom jista’ jintrema skart li ġenerat tul is-servizz; tkun responsabiltà tal-applikant li jieħu ħsieb dan l-iskart. L-applikant għandu jipprovdi recycling bins, kif ukoll dawk għal skart ġenerali. Il-kontenituri użati fil-bejgħ tal-prodotti għandhom ikunu ta’ materjal li jista’ jkun riċiklat.
L-applikanti kollha għandhom:
- josservaw ir-regolamenti ta’ Saħħa u sigurtà, ir-regolamenti tal-leġislazzjoni tal-Maltese Catering industry u d-dipartiment tal-VAT. L-osservanza ta’ dak mitlub legalment hija responsabiltà tal-applikant. L-organizzaturi ma jerfgħu ebda responsabiltà f’każ ta’ multi imposti fuq l-applikant mill-awtoritajiet.
- Ikollhom poloz ta’ assikurazzjoni li jkopru kull forma ta’ riskju inkludi wkoll minn terzi persuni.
- Ikollhom l-liċenzji u permessi ta’ Bejgħ mingħand l-awtoritajiet konċernati.
- Jippreżentaw dokumenti, xhieda li l-operatur qed jimxi mar-regolamenti u l-ligijiet (ez. Ċertifikat tal-VAT u Food Handling Certificate)
- Ibiegħu prodotti kif murija fil-lista t’hawn taħt, u jimxu mad-direttivi li jistgħu jagħtu l-organizzaturi kemm qabel, waqt u wara din l-attività`.
- Minħabba limitazzjonijiet imposti fi ftehim ma’ l-Sponsors rigward id-ditti tagħhom, min jieħu l-offerta obbligat jixtri ilma, soft drinks, birra u nbid mingħand GSD u/jew Cassar Camilleri Ltd. rispettivament.
- Għandu jiżgura, li f’kull ħin, li ma jinbiegħ ebda prodott m’hux mniżżel fil-lista ma’ din l-applikazzjoni. Jekk f’xi ħin jinqabad jikser din il-kundizzjoni, l-applikant jitlef il-garanzija, u jista’ wkoll jkun mitlub jagħlaq u jitlaq.
- għandu jħallas depożitu f’ammont ta’ €100 li jintraddu lura jekk ikunu osservati r-regolament kollha.
FOOD STALLS
Min jirbaħ l-offerta jrid jipprovdi
- It-tagħmir kollu spejjez tiegħu, inkluż dwal, faċilitajiet tat-tisjir, u provisti tal-elettriku tiegħu, u l-konsum ta l-elettriku
Ma’ din l-applikazzjoni, min se japplika għandu jipprovdi lista dettaljata tal-prodotti li se jinbiegħu, flimkien ma’ lista tal-prezzijiet. Min japplika bla ma jagħti ħjiel tal-prezzijiet tal-prodotti se jkun eliminat. Lista tal-prezzijiet tal-prodotti għandha tkun imwaħħla f’post prominenti fejn il-pubblika jista’ faċilment jaraha.
Mhuwiex permess li jitħallew vetturi kummerċjali ipparkjati , qabel u waqt l-avveniment, barra mill-postijiet allokati. L-operatur jeħtieġ ineħħi u jnaddaf kull tip ta’ skart wara li jispiċċa l-avveniment. Hija responsabiltà tal-applikant li jiżgura li jseħħu proċeduri ta’ ndafa; m’għandu jithallas fil-post ebda skart, la likwidu u l-anqas solidu.
L-applikant għandu jipprovdi kontenituri li fihom jista’ jintrema skart li ġenerat tul is-servizz; tkun responsabiltà tal-applikant li jieħu ħsieb dan l-iskart. L-applikant għandu jipprovdi recycling bins, kif ukoll dawk għal skart ġenerali. Il-kontenituri użati fil-bejgħ tal-prodotti għandhom ikunu ta’ materjal li jista’ jkun riċiklat.
L-applikanti kollha għandhom:
- josservaw ir-regolamenti ta’ Saħħa u sigurtà, ir-regolamenti tal-leġislazzjoni tal-Maltese Catering industry u d-dipartiment tal-VAT. L-osservanza ta’ dak mitlub legalment hija responsabiltà tal-applikant. L-organizzaturi ma jerfgħu ebda responsabiltà f’każ ta’ multi imposti fuq l-applikant mill-awtoritajiet.
- Ikollhom poloz ta’ assikurazzjoni li jkopru kull forma ta’ riskju minn terzi persuni.
- Ikollhom l-liċenzji u permessi ta’ Bejgħ mingħand l-awtoritajiet konċernati.
- Jippreżentaw dokumenti, xhieda li l-operatur qed jimxi mar-regolamenti u l-ligijiet (eż. Ċertifikat tal-VAT u Food Handling Certificate)
- Ibiegħu prodotti kif murija fil-lista t’hawn taħt, u jimxu mad-direttivi li jistgħu jagħtu l-organizzaturi kemm qabel, waqt u wara din l-attività.
- Għandu jiżgura, li f’kull ħin, li ma jinbiegħ ebda prodott mhux mniżżel fil-lista ma’ din l-applikazzjoni. Jekk f’xi ħin jinqabad jikser din il-kundizzjoni, l-applikant jitlef il-garanzija, u jista’ wkoll jkun mitlub jagħlaq u jitlaq.
- għandu jħallas depożitu f’ammont ta’ €100 li jintraddu lura jekk ikunu osservati r-regolament kollha.
Għoti ta’ turija ta’ interess:
Il-kriterju ta’ din it-turija ta’ interess tkun l-ammont li jithallas minn min jagħmel offerta. Ma tistax tkun inqas minn €50 għal bars li jinkludi food stalls.
Il-ligijiet kollha relatati ma’ attività` bħal din għandhom ikunu osservati. F’kull ħin, l–organizzaturi m’humiex responsabbli, għal ħsara, serq, jew multi minn awtoritajiet konċernati.
Applikanti għandhom jimxu mal-linji gwida għas-sostenibbiltà, li jistgħu jitniżżlu minn https://valletta2018.org/wp-content/uploads/2018/08/Bars-Linji-Gwida-Sostenibilita.pdf .
Kull applikazzjoni tkun trattata b’mod kunfidenzjali mill-Adjudicating Board. Il-Board iżomm id-dritt li jirrifjuta parti minn, jew applikazzjoni sħiħa, kif ukoll id-dritt li jassenja gabbana lil operaturi xierqa jekk ma jkunx sodisfatt bl-applikazzjonijiet li jaslulu.
PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI
L-applikazzjonijiet, li jistgħu jitnizzlu minn din il-ħolqa, jistgħu jintbagħtu kemm bil-posta kif ukoll bil-posta elettronika:
Indirizz:
Valletta 2018 Foundation | |
Exchange Buildings, Republic Street
Valletta VLT 1117 |
Indirizz Elettroniku: [email protected]
L-applikazzjoni għandha tintbagħat sa nhar it-Tlieta, 16 t’Ottubru fil-11:00am. Is-suġġett tal-email għandu jkun:
OFFERTA GĦAL BARS U FOOD STALLS waqt Sfilata fil-Kapitali (Orfeo & Majnun) 2018