Qed issir sejħa għal applikazzjonijiet biex jittieħdu bars fl-attività Mewġa Mużika nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru li se ssir fil-foss tal-Imdina, l-Imdina), avveniment mużikali għall-komunità mill-10:00 ta’ filgħodu sad-21:30 ta filgħaxija għal udjenza mistennija ta’ bejn 2,000 u 3,000 ruħ (dan in-numru jista’ jvarja).

BARS

Min jirbaħ l-offerta se jkun obbligat jixtri prodotti mingħand General Soft Drinks u Marsovin.

 Min jirbaħ l-offerta jrid jipprovdi

  • It-tagħmir kollu spejjez tiegħu, inkluż armar tal-bars, dwal, u provvisti tal-elettriku tiegħu, u konsum tal-elettriku
  • Armar ta’ bar ċentrali – imħaddem minn 4 barmen

Ma’ din l-applikazzjoni, min se japplika għandu jipprovdi lista dettaljata tal-prodotti li se jinbiegħu, flimkien ma’ lista tal-prezzijiet.  Min japplika bla ma jagħti ħjiel tal-prezzijiet tal-prodotti se jkun eliminat.  Lista tal-prezzijiet tal-prodotti għandha tkun imwaħħla f’post prominenti fejn il-pubbliku jista’ faċilment jaraha.

Mhuwiex permess li jitħallew vetturi kummerċjali ipparkjati barra mill-postijiet allokati qabel u waqt l-avveniment.  L-operatur jeħtieġ ineħħi u jnaddaf kull tip ta’ skart wara li jispiċċa l-avveniment.  Hija responsabilità tal-applikant li jiżgura li jseħħu proċeduri ta’ ndafa; m’għandu jitħalla fil-post ebda skart, la likwidu u lanqas solidu.

L-applikant għandu jipprovdi kontenituri li fihom jista’ jintrema skart ġenerat tul is-servizz; tkun responsabilità tal-applikant li jieħu ħsieb dan l-iskart. L-applikant għandu jipprovdi recycling bins, kif ukoll dawk għal skart ġenerali. Il-kontenituri użati fil-bejgħ tal-prodotti għandhom ikunu ta’ materjal li jista’ jiġi riċiklat.

L-applikanti kollha għandhom:

  • josservaw ir-regolamenti tas-saħħa u sigurtà, ir-regolamenti tal-leġislazzjoni tal-Maltese Catering industry u d-dipartiment tal-VAT. L-osservanza ta’ dak mitlub legalment hija responsabilità tal-applikant. L-organizzaturi ma jerfgħu ebda responsabilità f’każ ta’ multi imposti fuq l-applikant mill-awtoritajiet.
  • Ikollhom poloz ta’ assikurazzjoni li jkopru kull forma ta’ riskju minn terzi persuni.
  • Ikollhom il-liċenzji u permessi ta’ bejgħ mingħand l-awtoritajiet konċernati.
  • Jippreżentaw dokumenti, xhieda li l-operatur qed jimxi mar-regolamenti u l-ligijiet (ez. Ċertifikat tal-VAT u Food Handling Certificate)
  • Ibiegħu prodotti mniżżla fl-applikazzjoni, u jimxu mad-direttivi li jistgħu jagħtu l-organizzaturi kemm qabel, waqt u wara din l-attività.
  • Minħabba limitazzjonijiet imposti fi ftehim ma’  Sponsors rigward id-ditti tagħhom, min jieħu l-offerta obbligat jixtri ilma, soft drinks, birra u nbid mingħand GSD u/jew CassarCamilleri Ltd. rispettivament.
  • Għandu jiżgura li f’kull ħin ma jinbiegħ ebda prodott mhux imniżżel fil-lista ma’ din l-applikazzjoni. Jekk f’xi ħin jinqabad jikser din il-kundizzjoni, l-applikant jitlef il-garanzija, u jista’ wkoll jkun mitlub jagħlaq u jitlaq.
  • għandu jħallas depożitu f’ammont ta’ €500 li jinradd lura jekk ikunu osservati r-regolament kollha.

FOOD STALLS

Min jirbaħ l-offerta jrid jipprovdi

  • It-tagħmir kollu spejjeż tiegħu, inkluż dwal, faċilitajiet tat-tisjir, u provvisti tal-elettriku tiegħu, u l-konsum tal-elettriku

Mal-applikazzjoni, min se japplika għandu jipprovdi lista dettaljata tal-prodotti li se jinbiegħu, flimkien ma’ lista tal-prezzijiet.  Min japplika bla ma jagħti ħjiel tal-prezzijiet tal-prodotti se jkun eliminat.  Lista tal-prezzijiet tal-prodotti għandha tkun imwaħħla f’post prominenti fejn il-pubbliku jista’ faċilment jaraha.

Mhuwiex permess li jitħallew vetturi kummerċjali pparkjati, qabel u waqt l-avveniment, barra mill-postijiet allokati.  L-operatur jeħtieġ ineħħi u jnaddaf kull tip ta’ skart wara li jispiċċa l-avveniment.  Hija responsabilità tal-applikant li jiżgura li jseħħu proċeduri ta’ ndafa; m’għandu jitħalla ebda skart fil-post, la likwidu u lanqas solidu.

L-applikant għandu jipprovdi kontenituri li fihom jista’ jintrema skart li ġenerat tul is-servizz; tkun responsabilità tal-applikant li jieħu ħsieb dan l-iskart. L-applikant għandu jipprovdi recycling bins, kif ukoll dawk għal skart ġenerali. Il-kontenituri użati fil-bejgħ tal-prodotti għandhom ikunu ta’ materjal li jista’ jkun riċiklat.

L-applikanti kollha għandhom:

  • josservaw ir-regolamenti ta’ Saħħa u sigurtà, ir-regolamenti tal-leġislazzjoni tal-Maltese Catering industry u d-dipartiment tal-VAT. L-osservanza ta’ dak mitlub legalment hija responsabiltà tal-applikant. L-organizzaturi ma jerfgħu ebda responsabiltà f’każ ta’ multi imposti fuq l-applikant mill-awtoritajiet.
  • Ikollhom poloz ta’ assikurazzjoni li jkopru kull forma ta’ riskju minn terzi persuni.
  • Ikollhom l-liċenzji u permessi ta’ Bejgħ mingħand l-awtoritajiet konċernati.
  • Jippreżentaw dokumenti, xhieda li l-operatur qed jimxi mar-regolamenti u l-ligijiet (ez. Ċertifikat tal-VAT u Food Handling Certificate)
  • Ibiegħu prodotti kif murija fil-lista t’hawn taħt, u jimxu mad-direttivi li jistgħu jagħtu l-organizzaturi kemm qabel, waqt u wara din l-attività`.
  • Għandu jiżgura, li f’kull ħin, li ma jinbiegħ ebda prodott m’hux mniżżel fil-lista ma’ din l-applikazzjoni. Jekk f’xi ħin jinqabad jikser din il-kundizzjoni, l-applikant jitlef il-garanzija, u jista’ wkoll jkun mitlub jagħlaq u jitlaq.
  • għandu jħallas depożitu f’ammont ta’ €500 li jintraddu lura jekk ikunu osservati r-regolament kollha.

Għoti ta’ turija ta’ interess:

 Il-kriterju ta’ din it-turija ta’ interess tkun l-ammont li jithallas minn min jagħmel offerta.  Ma tistax tkun inqas minn €250 għal bars u €150 għal food stalls.

Il-ligijiet kollha relatati ma’ attività` bħal din għandhom ikunu osservati.  F’kull ħin, l–organizzaturi m’humiex responsabbli, għal ħsara, serq, jew multi minn awtoritajiet konċernati.

Kull applikazzjoni tkun trattata b’mod kunfidenzjali` mill-Adjudicating Board.  Il-Board jżomm id-dritt li jirrifjuta parti minn, jew applikazzjoni sħiħa, kif ukoll id-dritt li jassenja gabbana lil operaturi xierqa jekk ma jkunx sodisfatt bl-applikazzjonijiet li jaslulu.

 

Applikanti għandhom jimxu mal-linji gwida għas-sostenibbiltà, li jistgħu jitniżżlu minn din il-ħolqa.

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjonijiet, li jistgħu jintiżżlu minn din il-ħolqa, jistgħu jintbagħtu kemm bil-posta kif ukoll bil-posta elettronika:

Indirizz:

Valletta 2018 Foundation

Exhange Buildings, Republic Street

Valletta VLT 1117

Indirizz Elettroniku: [email protected]

 

L-applikazzjoni għandha tintbagħat sa nhar il-Ħamis 30 t’Awissu fil-11:00am.

OFFERTA GĦAL BARS U FOOD STALLS waqt Mewġa Mużika 2018