Kapitali Ewropej tal-Kultura Oħra
Valletta 2018 għandha messaġġ ċar għal Leeuwaarden, il-Kapitali Ewropea tal-Kulturali kontroparti tal-2018 – u għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn diġà magħżula: aħna “Ambjent ta’ Skambju”, miftuħa għall-kollaborazzjoni miegħek matul il-vjaġġ tal-Kapital Ewropej tal-Kultura li se naqsmu flimkien.
Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha, għal sekli sħaħ Malta, kienet post importanti għad-djalogu u lok għal qsim ta’ ideat u esperjenzi differenti. Il-Belt Valletta hija fiha nnifisha simbolu tal-Ewropa li tiltaqa’ mad-dimensjoni Mediterranja tagħha. L-istorja notevoli ta’ rabtiet mill-qrib li Malta kellha mal-Ewropa hija ta’ ispirazzjoni mhux biss għall-wirt tagħna, iżda wkoll fi ħdan ix-xogħlijiet artistiċi kontemporanji ta’ Malta. Dan jinkoraġġina biex niftħu l-orizzonti tagħna u niżviluppaw sħubiji attwali u oħrajn ġodda.
Leeuwarden 2018
Il-Belt Valletta se tkun qiegħda taqsam it-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura mal-belt Olandiża ta’ Leeuwarden, il-kapitali ta’ Friesland. Parti essenzjali tal-esperjenza tal-Kapital Ewropej tal-Kultura tagħna hija li ssawwar rabtiet mal-kontropartijiet Ewropej tagħna, bil-għan li jintlaħqu l-aħjar livelli possibbli ta’ skambji u kisbiet. Aħna qegħdin nikkollaboraw b’mod attiv mat-tim Leeuwarden 2018 biex ikun żgurat li r-rabtiet bejn Malta u Leeuwarden ikunu esplorati b’mod kreattiv.
Ftit huma l-aspetti komuni evidenti bejn Malta u l-Olanda. Madankollu, il-kollaborazzjonijiet bejn Valletta 2018 u Leeuwarden 2018 iridu jenfasizzaw il-karatteristiċi komuni tal-ħajjiet kulturali u soċjali tagħna u juru kif żewġt ibliet u pajjiżi distinti jistgħu jaħdmu flimkien b’mod armonjuż, u jagħtu bidu għal ideat ġodda permezz tal-iskambju ta’ prattiki u esperjenzi kulturali.
Eżempju wieħed ta’ dan l-iskambju ta’ prattiki u esperjenzi kulturali jinstab fil-proġett tagħna Poetry in Potato Bags. Filwaqt li jkompli jibni fuq ir-rabtiet agrikoli u kummerċjali li ilhom jeżistu bejn Malta u l-Olanda, dan il-proġett qiegħed jesplora ideat ta’ skambji artistiċi bejn iż-żewġ komunitajiet permezz tal-iskambju u l-qsim tal-poeżija ta’ poeti lokali li jaħdmu fi ħdan dawn il-komunitajiet.
Skopri aktar dwar Leeuwarden 2018.
Valletta 2018 bħala esperjenza kondiviża
Is-sena tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha l-għan li tkun inizjattiva ewlenija li tirrifletti fuq l-irwolir-rwol tal-identità ta’ Malta u r-rabtiet kulturali fi ħdan kuntest Ewropew u Mediterranju usa’. Sabiex titwettaq din l-ambizzjoni, qegħdin infittxu li ninvolvu operaturi kulturali, komunitajiet u organizzazzjonijiet mhux f’Malta biss, iżda minn madwar l-Ewropa u mix-xtut tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran ukoll.
Li niskopru mill-ġdid lill-Belt Valletta bħala post għall-iskambju u laboratorju għall-fużjoni ta’ ideat Ewropej differenti huwa prospett eċċitanti għal Valletta 2018. Din id-diversità hija opportunità u għodda li biha jista’ jinħoloq programm kulturali aktar vibranti u rikk.