L-Istorja tal-Ktieb tal-Kandidatura

BIDBOOK2

Immaġina 18 hija l-applikazzjoni finali tal-Belt Valletta għat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 f’Malta. It-titlu ta’ ħidma tal-kandidatura tal-Belt Valletta huwa V.18. Dan il-ktieb jimmarka l-iżvilupp tal-applikazzjoni tagħna mill-kunċett sat-twettiq tal-Programm Kulturali propost għall-2018 u l-wirt ippjanat tiegħu. L-erba’ temi, Ġenerazzjonijiet, Rotot, Bliet u Gżejjer, jagħtu struttura ġenerali ta’ dan il-programm, madankollu, l-avvenimenti u l-proġetti ma jidħlux esklussivament ġo tema partikolari. Il-programm u t-temi tiegħu huma fluwidi u l-proġetti jintrabtu ma’ xulxin fi ħdan u madwar l-erba’ temi.

Niżżel Immaġina 18 jew il-verżjoni bl-Ingliż.

Qabel Immaġina 18, f’Ottubru 2011 ġiet ippubblikata l-ewwel verżjoni tal-Ktieb tal-Kandidatura.