Evalwazzjoni u Monitoraġġ
Il-Fondazzjoni qiegħda twettaq proċess li jevalwa u josserva l-impatt li t-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura se jħalli fuq Malta.
Il-pjan tar-riċerka tal-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018 jippermetti lill-Fondazzjoni li tevalwa s-suċċess, jew in-nuqqas tiegħu, tal-proċess b’mod konsistenti, aċċessibbli u komparabbli.
Il-Fondazzjoni waqqfet Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ biex jimmonitorja u jevalwa l-impatti tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-Kumitat ta Tmexxija huwa magħmul minn erba’ entitajiet pubbliċi (Dipartiment tal-Politika Ekonomika, Jobsplus, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika) u ħames riċerkaturi, li jwettqu riċerka ta’ natura kwantitattiva u kwalitattiva. Il-pjan tar-riċerka se jibqa’ għaddej għall-perjodu 2015-2019.
Il-pjan tar-riċerka jiwa strutturat madwar 5 temi tar-riċerka, b’kull wieħed minnhom fih firxa ta’ studji separati. Sommarju tas-sejbiet tar-riċerka għall-2015 u l-2016 jista’ jinsab hawn taħt.
Deskrizzjoni ta’ kull tema tar-riċerka, flimkien ma’ rapporti tar-riċerka annwali sħaħ għal kull studju tar-riċerka jistgħu jitniżżlu mill-ħoloq li ġejjin.
Tema 1: Id-Dinamiżmu Kulturali u Territorjali – Biex jiġi evalwat is-suċċess tal-Valletta 2018 fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni kulturali mill-pubbliku ġenerali u minn gruppi komunitarji differenti.
Tema 2: Il-Governanza u l-Finanzi – Li jiġi mifhum l-investiment u t-tmexxija tal-Valletta 2018 u l-impatt fuq is-settur kreattiv ta’ Malta.
Tema 3: L-Inklużjoni fil-Komunità u l-Ispazju – Li jkun ivvalutat l-impatt tar-riġenerazzjoni kulturali u infrastrutturali tal-Valletta 2018 fuq gruppi komunitarji varji.
Tema 4: L-Esperjenza tat-Turist – Li jiġu vvalutati l-bidliet fil-profil tal-viżitatur, in-nefqa turistika u l-perċezzjoni tal-viżitaturi bħala riżultat tal-proġett Valletta 2018.
Tema 5: Il-Marka tal-Belt Valletta – Li jiġi mifhum is-suċċess tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni ta’ Valletta 2018 fi ħdan il-komunitajiet lokali u internazzjonali.