Il-Fondazzjoni Valletta 2018 laqgħet l-isforz tal-Presidenza Maltija, li qed tirrapreżenta l-Kunsill tal-UE, biex ġew konklużi b’suċċess diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew biex is-sena 2018 tkun is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali.
Din hija aħbar pożittiva għax is-sena li tiffoka fuq il-wirt kulturali se tkun ukoll is-sena meta l-Belt Valletta se tkun Kapitali Ewropea tal-Kultura. Fil-bidu tas-sena l-Fondazzjoni Valletta 2018 se tkun qed torganizza numru ta’ attivitajiet kbar, flimkien ma’ numru avvenimenti oħra li se jkunu qed jiġru matul is-sena bħala parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 se tkun qed issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiċċelebra dawn iz-zewġ titli li jpoġġu l-kultura fil-qofol tal-avvenimenti matul l-2018.