Bħala parti mill-attivitajiet tal-Jazz on the Fringe, il-Malta Jazz Festival b’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018 u l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss, hu kburi li jippreżenta l-ħames edizzjoni tal-Malta Summer Jazz Camp li jinkludi wħud mill-aqwa edukaturi fil-qasam internazzjonali tal-jazz.

Dawn il-workshops u masterclasses se jsiru fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss (fl-indirizz: 32, Triq Joseph Abela Scolaro, il-Ħamrun) bejn it-18 u t-22 ta’ Lulju u huma bla ħlas. Postijiet huma limitati u jinħtieġ li jsir booking minn qabel. Il-livelli kollha tal-mużika huma aċċettati. Osservaturi huma aċċettati wkoll. Min jixtieq japplika għandu jibgħat email fuq [email protected], u jindika liem masterclass jixtieq jattendi.

 

Masterclass 1 (żewġ sessjonijiet) – It-Taqsima tar-Ritmu Modern 

Għalliema: Fred Pasqua (Franza) / Yoni Zelnik (Franza / l-Iżrael)

Dati: 18 ta’ Lulju 5pm, 19 ta’ Lulju 5pm

Fred u Yoni se jiddiskutu l-elementi rudimentali kif ukoll kunċetti moderni tat-taqsima tar-ritmu tal-jazz – il-ħoss, l-importanza tat-tradizzjoni, kif taħdem b’metronomu, approċċi differenti kif iddoqq wara solist f’kuntesti ‘standard’ u ‘kontemporanji’. Solisti huma aċċettati wkoll! Iż-żewġ masterclasses se jittrattaw temi differenti biex iħeġġu lill-parteċipanti jattendu għalihom it-tnejn.

Fred Pasqua kkollabora ma’ Logan Richardson, Nelson Veras, Walter Smith III u Seamus Blake fost l-oħrajn, u hu wieħed mill-aktar drummers imfittxija fi Franza. Yoni Zelnik hu membru regolari tal-kwartett Avishai Cohen u ħadem ma’ Justin Brown, Nasheet Waits, Kendrick Scott u Jonathan Blake.

Masterclass 2 (żewġ sessjonijiet) – Jazz Guitar

Għalliem: Romain Pilon (Franza)

Dati: 19 ta’ Lulju 5pm, 21 ta’ Lulju 5pm

It-temi koperti f’dawn iż-żewġ masterclasses jinkludu: artikulazzjoni, vokabularju (skali bebop, pentatonics, triads, augmented scales, melodic minor, harmonic minor…), kordi (drop2, drop2/3, modal voicings, open triads), rhythmic placement (eżerċizzji bil-metronomu, inner pulse, swing feel), comping u teknika. Aċċettati l-livelli kollha! Iż-żewġ masterclasses se jittrattaw temi differenti biex iħeġġu lill-parteċipanti jattendu għalihom it-tnejn.

Romain Pilon hu kitarrist tal-jazz li jgħix f’Pariġi. Iggradwa mill-Kulleġġ tal-Mużika Berklee f’Boston u ilu jgħallem il-kitarra privatament għal aktar minn 15-il sena. Hu edukatur magħruf u xerred il-passjoni tiegħu għall-kitarra tal-jazz f’ħafna masterclasses madwar id-dinja. Daqq u rrekordja ma’ Seamus Blake, Ben Wendel, Walter Smith III, Esperanza Spalding, Christian Scott u Jeff Ballard.

Masterclass 3 – Interpretazzjoni ritmikali tal-lingwa tal-jazz permezz tal-użu ta’ sillabi korretti u approċċ poliritmikali għar-ritmi tal-jazz

Għalliem: Stjepko Gut (is-Serbja)

Data: 21 ta’ Lulju 5pm

Biex iddoqq il-jazz, trid tkun taf titkellem il-lingwa tiegħu. L-għan ta’ dal-workshop hu li jinvolvi l-parteċipanti fil-mod proprju ta’ kif tinterpreta l-lingwa tal-jazz billi juża s-sillabi t-tajbin. Jinħolqu settijiet differenti ta’ ‘highs and lows’ dinamiċi (aċċenti kif ukoll dawk li jissejħu noti ‘fantażma’). Din il-masterclass hi rakkomandata għal-livelli u l-instrumenti kollha.

Stjepko Gut hu kurunettist u edukatur tal-jazz (fi Graz Conservatoryu Belgrade University) rispettat ħafna. Hu daqq ma’ ħafna ismijiet kbar tal-jazz fosthom: Lionel Hampton (All Stars Big Band), Louie Bellson Big Band, Benny Golson, Clark Terry, Johnny Griffin, James Moody, Jimmy Heath, Jimmy Cobb, Mel Lewis, Curtis Fuller, Tony Scott u Sal Nestico. Clark Terry jirrakkomdandah ħafna bħala edukatur tal-jazz. Fil-fatt daqq u għallem miegħu f’għadd ta’ festivals, kunċerti u universitajiet minn madwar id-dinja.

Masterclass 4 – Għall-mużiċisti tar-ramm biss

Għalliem: Stjepko Gut (is-Serbja)

Data: 22 ta’ Lulju – 11am

Din il-masterclass se tittratta l-interpretazzjoni tal-lingwa tal-jazz għall-mużiċisti li jdoqqu strumenti tar-ramm. Tħares lejn l-improvizzazzjoni, l-artikulazzjoni u big band phrasing, l-użu ta’ sillabi differenti u ‘body huffs’ kif ukoll is-sistema doodle tonguing bħala varjazzjoni tal-body tonguing tradizzjonali.

Stjepko Gut hu kurunettist u edukatur tal-jazz (fi Graz Conservatoryu Belgrade University) rispettat ħafna. Hu daqq ma’ ħafna ismijiet kbar tal-jazz fosthom: Lionel Hampton (All Stars Big Band), Louie Bellson Big Band, Benny Golson, Clark Terry, Johnny Griffin, James Moody, Jimmy Heath, Jimmy Cobb, Mel Lewis, Curtis Fuller, Tony Scott u Sal Nestico. Clark Terry jirrakkomdandah ħafna bħala edukatur tal-jazz. Fil-fatt daqq u għallem miegħu f’għadd ta’ festivals, kunċerti u universitajiet minn madwar id-dinja.

Masterclass 5 – Għas-sassofonisti biss

Għalliem: Rino Cirinná (l-Italja)

Data: 18 ta’ Lulju 5pm

Din il-masterclass se tkopri: li jintuża s-setup ġust, ir-relazzjoni proprja bejn il-qasab u l-biċċa tal-ħalq, l-użu korrett tal-ilsien, kif taħkem il-lingwa tal-jazz, kif tittraskrivi l-masters u tibni l-linji tal-jazz.

Imwieled f’Hartford, Connecticut fl-Istati Uniti, Rino Cirinná ġej minn familja mużikali li tmur lura tliet ġenerazzjonijiet. Studja l-klarinett fil-konservatorji ta’ Katanja u Ruma. Fl-1989 mar jgħix l-Amerka għal 10 snin; fejn studja fil-Kulleġġ Berklee ta’ Boston ma’ għalliema bħal J. Bergonzi u C. Banacos. Fl-Amerka ħadem ħafna fuq il-Blues, Jazz, Ethno u ħadem ma’ Ibraima Camara T. Bennett, YNDour u J. Loockwood. Rino hu meqjus bħala wieħed mill-iktar figuri importanti fil-qasam tal-jazz Sqalli. 

Masterclass 6 – Jazz għall-ġodda

Għalliem: Rino Cirinná (l-Italja)

Data: 22 ta’ Lulju 11am

Permezz ta’ vjaġġ storiku mogħti b’uħud mill-albums ikoniċi, din il-masterclass tgħallmek kif tisma’ l-jazz. Hi l-introduzzjoni ideali għall-ġodda u tkopri dak li ridt tkun taf dwar il-jazz u li dejjem bżajt issaqsi!

Imwieled f’Hartford, Connecticut fl-Istati Uniti, Rino Cirinná ġej minn familja mużikali li tmur lura tliet ġenerazzjonijiet. Studja l-klarinett fil-konservatorji ta’ Katanja u Ruma. Fl-1989 mar jgħix l-Amerka għal 10 snin; fejn studja fil-Kulleġġ Berklee ta’ Boston ma’ għalliema bħal J. Bergonzi u C. Banacos. Fl-Amerka ħadem ħafna fuq il-Blues, Jazz, Ethno u ħadem ma’ Ibraima Camara T. Bennett, Y’NDour u J. Loockwood. Rino hu meqjus bħala wieħed mill-iktar figuri importanti fil-qasam tal-jazz Sqalli.