Ir-reġistrazzjoni għal Darba Waħda…, il-proġett interġenerazzjonali ta’ Valletta 2018 li jressaq l-anzjani ta’ ’l fuq minn 60 sena ma’ tfal ta’ bejn id-9 u t-12-il sena flimkien, biex jipparteċipaw f’logħob, drama, u attivitajiet kreattivi oħra, bħalissa hi miftuħa.

Il-proġett, li jgħaqqad parteċipanti minn ġenerazzjonijiet differenti, iżur diversi lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin u din id-darba se jmur fir-Rabat (Għawdex) u f’Ħaż-Żebbuġ (Malta) f’Marzu. Is-sessjonijiet f’Għawdex se jibdew mis-6 ta’ Marzu ġewwa l-Oratorju Don Bosco fir-Rabat, waqt li ta’ Ħaż-Żebbuġ se jibdew mit-8 ta’ Marzu. Is-sessjonijiet se jdumu għaddejjin għal 10 ġimgħat konsekuttivi.

Is-sessjonijiet huma mmexxija minn Anna Formosa, prattikanta tad-drama applikata. Parteċipazzjoni hi b’xejn u t-trasport huwa provdut. Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna tal-Facebook ta’ Darba Waħda… jew is-sit elettroniku valletta2018.org. Dawk li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu jirreġistraw fuq [email protected]. L-ispazji huma limitati.