Numru ta’ għaqdiet non-governattivi se jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Valletta Green Festival, organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018. Il-programm jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Birdlife Malta, SharkLab Malta, Solar Cinema, Żibel u l-Fondazzjoni Gaia, li kollha se jorganizzaw numru ta’ workshops matul il-festival.

Birdlife Malta se tkun qed torganizza rappreżentazzjonijiet edukattivi dwar l-ambjent selvaġġ flimkien ma’ SharkLab Malta, li se jkunu qed jorganizzaw wirjiet dwar ir-riċerka tagħhom fuq il-klieb il-baħar u l-ħamiem il-baħar.

Se jittellgħu wkoll numru ta’ workshops organizzati minn Solar Cinema, proġett li hu wkoll parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018. Din tal-aħħar tippreżenta wirjiet ta’ films fuq skrins li jaħdmu bl-enerġija solari, li se jkunu qed jitwaqqfu f’diversi lokalitajiet madwar Malta matul is-sajf, biex b’hekk issir enfasi fuq l-importanza ta’ żvilupp sostenibbli għall-ambjent. Solar Cinema se torganizza workshops għat-tfal, li jiffukaw fuq il-films stop-motion, magħmula minn materjal riċiklat.

L-għaqdiet non-governattivi ambjentali Żibel u l-Fondazzjoni Gaia se jkunu wkoll preżenti u se joffru workshops matul il-festival kollu. Matul dawn il-workshops, biċċiet tal-injam li nġabru waqt sessjonijiet ta’ tindif li saru minn Żibel se jiġu mpittra, sabiex wara jiġu mpoġġija f’diversi lokalitajiet madwar Malta bl-għan li jinkoraġġixxu lill-pubbliku biex iżomm l-ambjent Malti nadif.

Il-programm ta’ workshops jibda fit-3 ta’ Mejju u jibqa’ sejjer sas-6 ta’ Mejju. Waqt l-istess perjodu se jkun hemm miftuħa l-infjorata fi Pjazza San Ġorġ, kif ukoll ġnien fuq il-bejt tal-Main Guard. Il-workshops jibdew fid-9am, u jibqgħu għaddejjin matul il-ġurnata sat-8pm, matul tmiem il-ġimgħa kollu.

Għaqdiet non-governattivi oħrajn li se jkunu preżenti waqt il-festival jinkludu ċ-Ċentru Kulturali għaċ-Ċina f’Malta, WasteServ, ELC u Garby&Tidy.

Il-festival, li din is-sena jinsab fil-ħames edizzjoni tiegħu, se jkollu l-ikbar infjorata li qatt ra, magħmula minn 150,000 pjanta. Din l-infjorata se tagħti dehra kkulurita lil Pjazza San Ġorġ, spazju normalment pjuttost urban. Waqt il-festival se jinfetħu wkoll numru ta’ spazji li ssoltu ma jkunux aċċessibli għall-pubbliku, fosthom il-ġonna tal-Palazz tal-Arċisqof; li għandhom erba mitt sena, kif ukoll il-ġonna tal-Monasteru ta’ Santa Katerina, il-ġonna tal-Bażilika ta’ San Duminku, kif ukoll il-ġonna u l-pedamenti tal-Knisja ta’ Santu Wistin, li ġew skoperti riċentament. Dawn kollha se jkunu miftuħa bejn id-9.30am u n-12.30pm, u bejn l-4pm u s-7pm, mill-4 sas-6 ta’ Mejju.

Il-ġnien fuq il-bejt tal-Main Guard se jibqa’ miftuħ sat-13 ta’ Mejju. Dawk li jżuruh se jingħataw pariri dwar kif jistgħu jikkultivaw ġnien fuq il-bjut tad-djar tagħhom, u kif dan jista’ jsir fuq bjut ta’ djar Maltin.

Dan il-proġett huwa kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Arċidjoċesi Maltija; il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima; l-Environmental Landscaping Consortium (ELC); id-Dipartiment PARKS, bħala parti mill-kampanja Tree 4 U(34U); WasteServ Malta Ltd; European Green Week, u diversi għaqdiet non-governattivi oħra.

Għal iżjed informazzjoni, żur valletta2018.org.

 PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET WAQT IL-VALLETTA GREEN FESTIVAL

Pjazza San Ġorġ

Esibizzjonijiet minn diversi għaqdiet non-governattivi, fosthom iċ-Ċentru Kulturali għaċ-Ċina f’Malta, ELC, Garby&Tidy, Birdlife Malta, SharkLab Malta, Solar Cinema, Żibel, il-Fondazzjoni Gaia, u Wasteserv. Infjorata magħmula minn 150,000 pjanta fuq medda ta’ 1000 metru kwadru.

Data: Il-Ħamis 3 ta’ Mejju – Il-Ħadd 6 ta’ Mejju

Ħin: 9.30am ‘il quddiem

Post: Pjazza San Ġorġ

Xarulu’

Id-dwett mużikali Xarulu’ se jkun qed iferraħ lill-folla bil-muzika, waqt li jimxi mill-Pjazza tal-Parlament lejn Pjazza San Ġorġ

Data: Is-Sibt 5 ta’ Mejju

Ħin: 10am – Nofsinhar

Post: Bidu fil-Pjazza tal-Parlament u mixja lejn Pjazza San Ġorġ

Solar Cinema

Solar Cinema se turi film qasir (li ġie prodott waqt workshops li saru fl-aħħar xhur) fuq skrin li se jittella’ quddiem il-Palazz tal-Granmastru

Data: Is-Sibt 5 ta’ Mejju

Ħin: 8.30pm

Post: Pjazza San Ġorġ

SITI MIFTUĦIN GĦALL-PUBBLIKU

Ġnien fuq il-bejt (Green Roof)

F’Malta, il-bini jgħatti terz tal-gżira, u ma jħallix wisq spazju għall-ħdura u l-ambjent. Il-green roofs huma mod kif pjanti jistgħu jsiru parti minn bini urban. Dawn il-pjanti jista’ jkollhom diversi benefiċċji. Se jkun hemm green roof fuq il-bejt tal-Gwardja Prinċipali fi Pjazza San Ġorġ sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-pjanti u ambjent nadif. Din l-esibizzjoni se teduka lill-pubbliku dwar kif jista’ jimplementa inizjattivi ‘ħodor’ f’daru.

Data: Il-Ħamis 3 ta’ Mejju – il-Ħadd 13 ta’ Mejju

Ħin: 9.30am ‘il quddiem

Post: Bejt tal-Gwardja Prinċipali (Main Guard), Pjazza San Ġorg

Il-Knisja ta’ Santu Wistin u l-ġonna tagħha

Il-ġonna tal-Knisja ta’ Santu Wistin, il-knisja, kif ukoll il-pedamenti tal-knisja taħt l-art li ġew skavati riċentament se jkunu miftuħa għall-pubbliku

Data: Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju – il-Ħadd 6 ta’ Mejju

Ħin: 9.30am – 12.30pm u 4pm – 7pm

Post: Triq l-Ifran (Entratura minn Triq l-Ifran jew Triq Żekka)

Il-Monasteru ta’ Santa Katerina u l-ġonna tiegħu 

Il-ġonna tal-monasteru ta’ Santa Katerina se jkunu miftuħa għall-pubbliku

Data: Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju – il-Ħadd 6 ta’ Mejju

Ħin: 9.30am – 12.30pm u 4pm – 7pm

Post: Triq ir-Repubblika

Il-Bażilika ta’ San Duminku u l-ġonna tagħha

Il-ġonna u r-refettorju tal-Bażilika ta’ San Duminku se jkunu miftuħa għall-pubbliku

Data: Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju – il-Ħadd 6 ta’ Mejju

Ħin: 9.30am – 12.30pm u 4pm – 7pm

Post: Triq San Duminku

Il-Palazz tal-Arċisqof u l-ġonna tiegħu

Il-ġonna tal-Palazz tal-Arċisqof, iċ-ċisterni ta’ taħt l-art u l-ewwel sular tal-palazz se jkunu miftuħa għall-pubbliku

Data: Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju – il-Ħadd 6 ta’ Mejju

Ħin: 9.30am – 12.30pm u 4pm – 7pm

Post: Triq l-Arċisqof

TAĦDIDIET U WORKSHOPS MINN GĦAQDIET NON-GOVERNATTIVI FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Birdlife Malta

Wirjiet edukattivi dwar l-ambjent selvaġġ

Il-Ħamis 3 ta’ Mejju                12.00pm – 4.00pm

Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju              4.00pm – 8.00pm

 Workshops dwar it-tħawwil tal-pjanti u taħdidiet edukattivi dwar kif għandu jinħoloq ambjent essenzjali għall-insetti li għandhom bżonn l-għabra tad-dakkra biex jgħixu

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju                 09.00am – 2.30pm (Workshop: 11.00am – Nofsinhar)

Birdlife Malta / SharkLab Malta

Taħdidiet edukattivi dwar il-baħar bħala abitat naturali, mill-perspettiva tal-proġett ta’ Birdlife Malta b’kollaborazzjoni ma’ SharkLab Malta, LIFE Arċipelagu Garnija. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jassikura ambjent san fil-Gżejjer Maltin għall-garnija (Yelkouan Shearwater). L-għan ta’ SharkLab huwa li jżid l-edukazzjoni dwar il-klieb il-baħar, kif ukoll dwar il-konservazzjoni tal-Baħar Mediterran f’Malta.

Is-Sibt 5 ta’ Mejju                   4.00pm – 8.00pm

SharkLab Malta

Wirjiet edukattivi dwar il-klieb il-baħar u l-ħamiem il-baħar

Il-Ħamis 3 ta’ Mejju                4.00pm – 8.00pm

Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju              Nofsinhar – 4.00pm

Solar Cinema

Workshops dwar films stop-motion bl-użu ta’ materjal riċiklat

Il-Ħamis 3 ta’ Mejju                9.00am – Nofsinhar

Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju              9.00am – Nofsinhar

Is-Sibt 5 ta’ Mejju                   9.00am – Nofsinhar

Żibel / Fondazzjoni Gaia

Waqt dawn il-workshops interattivi se jinżebgħu biċċiet tal-injam li nġabru waqt sessjonijiet ta’ tindif li saru minn Żibel. Dawn il-biċċiet tal-injam b’sinjali fuqhom se jitpoġġew f’diversi postijiet madwar Malta, sabiex jinkoraġġixxu lill-pubbliku jżomm l-ambjent nadif.

Is-Sibt 5 ta’ Mejju                   Nofsinhar – 4.00pm

Wirjiet edukattivi miż-żewġ għaqdiet. Il-Fondazzjoni Gaia se tkun qed tiffoka fuq pjanti indiġeni u endemiċi u fuq speċi invażivi, u se toffri wkoll introduzzjoni dwar il-programm ta’ volontarjat tagħha. Żibel se tkun qed tiffoka dwar dak li nstab fis-sessjonijiet riċenti ta’ tindif li saru, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar, u se tiffoka wkoll fuq problemi kurrenti li għandhom x’jaqsmu mal-plastik fil-Mediterran.

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju                 2.30pm – 8.00pm