L-Ikla t-Tajba; il-produzzjoni l-ġdida ta’ Teatru Malta f’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018, se ssir bejn it-22 u s-26 ta’ Awwissu fis-Salini tax-Xwejni fiż-Żebbuġ, Għawdex.

F’din l-esperjenza kulinari unika, il-gastronomija u t-teatru jitwaħħdu. L-Ikla t-Tajba hija esperjenza interattiva ta’ ikla tipika Maltija, b’ingredjenti mill-imgħoddi tagħna, speċjalitajiet mill-preżent u esperjenza tal-ikel mhux tas-soltu iżda sabiħa li se titgawda mill-udjenzi kollha. L-Ikla t-Tajba mhux se tkun pranzu kwotidjan, iżda wkoll rappreżentazzjoni teatrali kontemporanja.

Taħt id-direzzjoni tad-direttriċi Rumena Nona Ciobanu, l-ispettaklu ser jinkludi wkoll il-poeżija ta’ Immanuel Mifsud. Il-kast mill-aqwa jwiegħed ukoll li ma jiddiżappuntax. Artisti bħal Paul Portelli ta’ Teatru Anon, Charlotte Grech, Liliana Portelli u Pierre Stafrace kif ukoll Rebecca Camilleri u Ira Melkonyan minn The Rubberbodies Collective, Martina Georgina u Julia Camilleri minn Teatru Santwarju, Ruth Borg u Lisa-Farrugia, se jwettqu r-rappreżentazzjoni tagħhom flimkien.

Waqt l-ispettaklu, l-ikel u x-xorb se jiġu pprovduti minn Ta’ Mena Estate, minn Għawdex stess. Ma’ kull biljett ta’ € 20 mixtri, il-membri tal-udjenza mhux biss huma intitolati li jsegwu r-rappreżentazzjoni, iżda huma wkoll mistiedna biex jissieħbu fil-majjalata tradizzjonali wara flimkien ma’ tazza nbid kumplimentari, ukoll ipprovduta minn Ta’ Mena. Se jkun hemm ukoll bar.

Titlifx din l-opportunità biex idduq majjal mixwi bil-mod, ħaxix frisk u lokali msajjar b’perfezzjoni u tazza nbid kumplimentarja, kollox ipprovdut minn Ta’ Mena.

L-Ikla t-Tajba se sseħħ kuljum bejn it-22 u s-26 ta’ Awwissu fis-7.30pm, fis-Salini tax-Xwejni fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Għal aktar informazzjoni, biex tixtri l-biljetti, u biex tara l-menu żur  www.teatrumalta.org.mt jew ċempel fuq 21220255.

Dan il-proġett qed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018, bl-appoġġ ta’ Arts Council Malta, Il-Ministeru għal Għawdex u LESA.

 

Valletta 2018 Premium Partners: General Soft Drinks Co. Ltd., Coca Cola, Bavaria and Bank of Valletta