Il-bieraħ, il-Ħadd 9 ta’ Settembru, saret il-logħba ta’ ħbiberija bejn Valletta F.C. u Manchester Reds Legends XI fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali.

Din il-logħba, li ġiet organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 flimkien mal-Manchester United Supporters Club Malta u Valletta Football Club, kienet ta’ suċċess kbir, bil-biljetti kollha jinbiegħu fi ftit ġranet. Il-qligħ kollu mill-biljetti se jmur għall-Krexx tas-Sorijiet tal-Ursolini ta’ Angela House fi Gwardamangia.

It-tim ta’ Valletta F.C. rebaħ din il-logħba ta’ ħbiberija, b’riżultat ta’ 3-2.

Fost il-plejers mistiedna kien hemm Carmel Busuttil il-Bużu, li lagħab ma’ Manchester Reds Legends XI. Il-plejers ta’ dan it-tim, li lagħbu għal Manchester United bejn l-1971 u l-2008, bejniethom rebħu diversi Premier Leagues, FA Cups u Champions Leagues. Fost dawn kien hemm Wes Brown, Raimond Van Der Gouw, Ronny Johnsen, Jonathan Greening, Lee Martin, Chris Casper, Andy Ritchie, Sammy Mcllroy, Keith Gillespie, Danny Webber, Ben Thornley, Arthur Albiston, Russell Beardsmore, Nick Culkin, u l-maniġer Jimmy Greenhoff.  Ingħaqad magħhom ukoll l-attakkant ta’ Rabat Ajax, Malcolm Licari.

Jilgħabu għall-Valletta F.C. kien hemm stilel tal-futbol lokali ta’ qabel inklużi l-eks goalkeeper Reggie Cini, l-eks midfielder Nicky Saliba, u l-Assistent Maniġer preżenti ta’ Valletta F.C. Gilbert Agius. Plejers oħra kienu Sean Sullivan, Ray Mifsud, Joe Camilleri, Jeffrey Chetcuti, Stefan Giglio, Nardu Farrugia, Keith Fenech, Frankie Grima, Joe Zarb, Ivan Zammit, Carlos Dimech, Ray Sciberras, Ian Zammit, Jeremy Agius, Melchior Cremona, Chris Camilleri, Shaun Bajada, Joe Micallef u Eddie Vella. Bejniethom, dawn il-plejers rebħu bosta Premier Leagues u Maltese Cups.

Valletta 2018 tirringrazzja lill-President tal-Valletta F.C. s-Sur Victor Sciriha, il-President tal-Manchester United Supporters’ Club Malta s-Sur Joseph Tedesco, u l-membri kollha tal-kumitati rispettivi taż-żewġ klabbs, għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni tagħhom biex din il-logħba kienet ta’ suċċess.

Żur valletta2018.org u segwi l-paġna ta’ Valletta 2018 fuq Facebook biex iżżomm ruħek aġġornat dwar l-attivitajiet li jmiss fil-Programm Kulturali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Valletta 2018 Premium Partners: General Soft Drinks Co. Ltd., Coca Cola, Bavaria and Bank of Valletta