Perjodu tar-Residenza: Ottubru 2017

Blitz u Valletta 2018 bi pjaċir iħabbru lil Aaron Bezzina bħala r-reċipjent tar-Residenza inawgurali Blitz-Snehta. Il-Programm ta’ Residenza Blitz s’issa dejjem kien sejħa internazzjonali li tistieden artisti lejn Malta għal xahar.

F’din l-okkażjoni, artisti li jaħdmu u jgħixu f’Malta ġew mistiedna japplikaw għal residenza ta’ xahar fil-Greċja, permezz ta’ sħubija ġdida bejn Blitz u Snehta. Snehta ġiet iffurmata fl-2012 f’Ateni bl-iskop li ġġib artisti u kuraturi internazzjonali f’kuntatt max-xena artistika ta’ Ateni. Fil-ħarifa tal-2017, Snehta se tiftaħ il-bibien tagħha għal tmien (8) prattikanti artistiċi kontemporanji internazzjonali, biex jgħixu u jaħdmu f’Ateni, u Aaron se jkun wieħed fost dawn il-prattikanti. Snehta ġiet iffurmata fl-2012 f’Ateni bl-iskop li tgħaqqad artisti u kuraturi max-xena tal-arti f’Ateni. Snehta għandha l-għan li tespandi l-attività artistika u tar-riċerka tagħha fil-Belt, toħloq relazzjonijiet u kollaborazzjonijiet ġodda internament iżda wkoll lil hinn mill-fruntieri ta’ Ateni u l-Greċja. Il-kelma Snehta hija l-isem tal-belt “Athens” bil-maqlub. Il-Programm ta’ Residenza Blitz huwa fergħa ewlenija tal-programm artistiku u pubblika tagħha, maħluq biex jiffaċilita skambju kulturali artistiku fit-tul internazzjonali, filwaqt li jsaħħaħ ir-rwol tagħna bħala inkubatur kulturali u organizzazzjoni ta’ appoġġ  għall-prattika tal-arti kontemporanja f’Malta.

DWAR L-ARTIST

Aaron Bezzina (t. 1991) għandu BA (Hons.) fl-Arti Fina mill-MCAST Institute of Art & Design (2014) u MFA fl-Arti Diġitali mill-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien, l-Università ta’ Malta (2016). Bezzina jtella’ wirjiet b’mod regolari kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Notevolment, f’Ġunju tal-2015 ingħata residenza mill-Bank tal-Investiment Ewropew f’Lussemburgu, fejn ġie mgħallem mill-artist Brittanniku Darren Almond. Ġie kkummissjonat biex joħloq xogħol pubbliku temporanju għall-Festival Internazzjonali tal-Arti Viżiva tal-Belt Valletta (VIVA), u xogħol speċifiku tas-sit għal Pjazza Teatru Rjal bħala parti mill-Programm tal-Arti Viżiva. Fl-2017, kien wieħed mill-artisti magħżula għall-Padiljun ta’ Malta fil-Bjennal ta’ Venezja, u l-wirja IN TRANSIT: Contemporary Media Art minn Artisti  minn Malta, fin-NRW-Forum, Düsseldorf u Stadskantoor, Leeuwarden. Għalkemm ix-xogħol ta’ Bezzina għandu t-tendenza li jkun dak ta’ skultura, huwa interessat ukoll f’midja oħra li tinkoraġġixxi l-ħolqien tat-tifsira u azzjonijiet assoċjattivi oħrajn.

 

DIKJARAZZJONI TAL-ARTIST “L-esperjenza ta’ residenza hija ta’ arrikkiment għal bosta raġunijiet. Jien fortunat li għandi l-opportunità li nesplora xenarju ġdid u nikseb għarfien f’komunità differenti.. se ssaħħaħ ukoll il-fondazzjoni tax-xogħol preċedenti tiegħi u anke l-prattika futura tiegħi. It-trasgressjoni tal-fruntieri ġeografiċi hija interessanti għall-arti-oġġett.”

Għal aktar informazzjoni dwar il-programm, ritratti, jew biex tagħmel intervista ma’ wieħed mir-residenti, artisti jew membri tat-tim ta’ Blitz tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: Nicole Bearman Direttur tal-Programm n[email protected] M 99913919 / W 21224992 thisisblitz.com blitzresidency.com