Square hija l-wirja mobbli ta’ arti viżiva ta’ Valletta 2018, li tenfasizza r-realtajiet tal-ispazju f’arċipelagu żgħir ta’ gżejjer mimli b’ħafna nies. Il-kwadru huwa magħmul minn nies anonimizzati li jirrappreżentaw mod ta’ għajxien f’unità b’popolazzjoni densa. Dan jitqiegħed f’relazzjoni ma’ ambjenti differenti li jinstabu fil-pajjiż: dawk naturali, mibnija, u ta’ bejniethom.
B’1,562 persuna għal kull kilometru kwadru, Malta għandha waħda mill-ogħla densitajiet ta’ popolazzjoni fid-dinja kollha. Ir-relazzjoni bejn in-nies u l-ispazju tagħhom hija waħda importanti f’Malta u Għawdex, u l-artisti Willi Dorner u Lisa Rastl jesploraw din il-kunċett permezz tal-użu ta’ kwadru bħala unità sempliċi u bażika ta’ miżura.
Din il-wirja fotografika mobbli se tkun qed tivvjaġġa fuq xarabanks tat-trasport pubbliku magħżula, u se tkun imqiegħda wkoll fuq is-sit tal-kostruzzjoni ta’ MUŻA fil-Belt Valletta, u fuq billboards fl-Imsida u ħdejn iċ-Ċimiterju tal- Addolorata.
In-nies anonimizzati fir-ritratti ntgħażlu wara sejħa miftuħa li saret is-sena li għaddiet fejn il-parteċipanti ġew fotografati lebsin l-iswed u l-abjad, filwaqt li l-uċuħ tagħhom ġew mgħottija b’folja bajda. Dawn jissimbolizzaw abitanti anonimi, standardizzati u f’ordni tajba.
L-esibizzjoni toħroġ fit-toroq fid-29 ta’ Ġunju.