Bħala parti mill-programm mużikali tagħha, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed torganizza kunċert ta’ mużika jazz bit-titlu Ida Kelarova’s Jazz Famelija.
Din is-serata ta’ mużika rilassanti ser tittella’ s-Sibt 10 ta’ Marzu 2018 fit-Teatru tal-Oratorju Don Bosco, r-Rabat, Għawdex.
Imwielda, ir-Repubblika Ċeka, Ida Kelarova, tistieden lill-aqwa mużiċisti Ċeki u Slovakki biex jikkollaboraw fuq din il-mużika, li żżewweġ armoniji Romani ma’ ritmi Latini-Amerikani u l-mużika jazz. Kelarova hija magħrufa li tiftaħ qalbha għall-udjenza tagħha filwaqt li tinvesti l-vuċi leġġendarja tagħha f’prestazzjoni enerġetika.
Minbarra kompożizzjonijiet klassiċi minn albums preċedenti u għanjiet folkloristiċi Romani, ir-repertorju tal-kunċert jinkludu mużika ġdida b’kompożizzjoni tal-kantant ewlieni tal-band, il-kitarrist u bandleader, Desiderius Dužda.
L-Organic Choir Malta, magħruf għall-mużika minn diversi forom, l-ispontanjetà tal-kompożizzjoni u elementi qawwija ta’ improvizzazzjoni, ser ikun qed jiftaħ dan il-kunċert filwaqt li jikkollabora mal- Jazz Famelija ta’ Ida Kelarova matul il-programm. Kelarova ser tkun qed ittella’ wkoll workshop qasir dwar il-kunċett tagħha li kulħadd jista’ jkanta, matul il-ġranet li ġejjin.
Il-biljetti għal dan il-kunċert huma għall-prezz ta’ €5 u jinxtraw minn tickets.valletta2018.org