Ix-xena artistika u kulturali lokali hija mistennija tieћu spinta ‘l quddiem fil-mixja lejn il-Belt Valletta bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura hekk kif tћabbru tliet pożizzjonijiet importanti fl-arti.
Dr Michelle Castelletti riċentament ġiet appuntata direttur artistiku tal-Malta Arts Festival, Dr Toni Sant tћabbar bћala d-direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattivita’ filwaqt li Mario Philip Azzopardi se jieћu r-rwol ta’ direttur artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta’ Jannar 2015.
It-tliet ћatriet huma mistennija li jdaћћlu enerġija ġdida fix-xena artistika lokali, billi jipprovdu punti strateġiċi li jiltaqgћu filwaqt li jibqgћu distinti, u b’hekk joћolqu strateġija kulturali u artistika koerenti fil-mixja tal-Belt bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan ilu jseћћ gћal madwar din l-aћћar sena.
Dr Castelletti hija mistennija li ġġib l-istess enerġija u viżjoni li wriet matul il-karriera tagћha. Wara li kisbet Masters fid-Direzzjoni Mużikali (second study, Composition) mill-Ingilterra, Dr Castelletti inћatret bћala Festival Manager tas-Sounds New Contemporary Music Festival ġewwa Canterbury. Taћt id-direzzjoni tagћha, dan il-Festival rebaћ il-premju prestiġjuż ‘Destination Canterbury Award’ talli ġab l-aktar rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali lil Canterbury. Ftit wara li kisbet il-PhD, Michelle marret tgћix Manchester fejn inћatret direttur artistiku gћar-Royal Northern College of Music (RNCM). Michelle tagћmel l-almu tagћha biex iġġib firxa inkredibbli ta’ artisti u varjeta’ ta’ stili fil-programm artistiku. Id-direttur artistiku ġdid tal-MAF kienet fil-quċċata tal-bidla kull fejn marret bћal, ngћidu aћna, riċentament, proġett ta’ seba miljun lira Sterlina gћall-ftuћ ta’ sala tal-kunċerti state-of-the-art fl-RNCM f’Novembru. Hija strateġista, tiffoka fuq l-integrita’ artistika u l-eċċellenza f’ambitu ta’ tkabbir artistiku, kredibilita’ u sostenibbilta’. Dr Castelletti tagћmel parti mill-grupp ‘What Next North West’ u ‘Culture on the Corridor’ ġewwa Manchester. Hija wkoll trustee tal-Piccadilly Symphony Orchestra.
Dr Toni Sant ser ikun l-ewwel direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattivita’. “Jiena ninsab kuntent li ningћaqad ma’ diretturi artistiċi oћrajn li huma ffukati fuq arti u kultura fid-delineazzjoni tagћna tal-kreattivita’ bhala kunċett separat iżda fl-istess ћin ukoll relatat intrinsikament.” Il-ћatra tiegћu intlaqgћet tajjeb miċ-chairman tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Rupert Cefai. “Huwa ta’ kuraġġ li naraw li l-vojt li nћoloq minn dawn it-tliet pożijizzjonijiet ta’ diretturi artistiċi li kienu vakanti fl-istess perijodu finalment ġie ndirizzat.”
Dr Toni Sant huwa Reader f’Digital Curation ġewwa l-Universita’ ta’ Hull u Senior Fellow ġewwa l-Higher Education Academy fl-Ingilterra. Huwa beda l-karriera tiegћu bћala xandar professjonali f’Malta u ћadem bћala produttur/preżentatur kif ukoll bћala direttur fuq numru ta’ produzzjonijiet gћar-radju u televiżjoni bejn l-1986 and 1998. Huwa kiseb BA (Hons) fit-Theatre Studies mill-Universita’ ta’ Malta u kompla l-istudji tiegћu b’MA u PhD f’Performance Studies mill-Universita’ ta’ New York. Fl-1999, beda jillekċerja fit-teknoloġiji kreattivi ta’ produzzjoni u beda jagћti lekċers fl-Universita ta’ Malta, l-Universita’ ta’ Adelphi, l-Universita’ ta’ New York u l-School of Arts & New Media fl-Universita’ ta’ Hull ġewwa Scarborough, fejn kien Direttur tar-Riċerka qabel ma’ nћatar f’din il-pożizzjoni ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġabkbu.
Magћruf l-aktar gћad-drammi b’temi kurrenti li jġiegћluk taћseb u gћax-xogћol tiegћu fil-film, Mario Philip Azzopardi, id-direttur artistiku ġdid tal-Fondazzjoni Valletta 2018, huwa prattikant artistiku, direttur, amministratur, produttur u kreatur oriġinali ta’ prodotti u avvenimenti. Sakemm kellu 17-il sena, Mario Philip kien kiteb, ipproduċa, u dderieġa tlieta mix-xogћlijiet teatrali oriġinali tiegћu fin-National Children’s Drama Festival, fejn rebaћ premji gћal tliet snin konsekuttivi. Fl-eta’ ta’ 21 sena, Mario Philip waqqaf ir-Royal University Students Association (RUSCA), fejn idderieġa l-ewwel feature film Malti twil (Gaġġa). Wara huwa ћadem b’mod estensiv fit-televiżjoni u fit-teatru. Meta d-dramm oriġinali tiegћu Sulari fuq Strada Stretta ma tћalliex jittella t-teatru nazzjonali gћar-raġunijiet ta’ ċensura, huwa emigra lejn il-Kanada. Dan l-istess dramm ittella’ fi swali mimlijin it-Teatru Manoel 30 sena wara. Waqt li kien il-Kanada, Mario Philip kiseb esperjenza konsiderevoli fl-Amerka ta’ Fuq u t-Isfel kif ukoll fl-Ewropa, fejn kien wieћed mill-pijunieri li ћadmu fl-esperiment li kien il-produzzjoni ta’ programmazzjoni Amerikan barra. Huwa dderieġa ‘il fuq minn 300 siegћa prime time fuq it-televiżjoni Amerikana gћal kumpaniji bћal MGM, Disney, HBO, Warner Bros, CBS, NBC, CBC u oћrajn. Dan l-aћћar, Mario Philip waqqaf Staġun Teatru Malti, kumpanija privata li tikkummissjona, tiżviluppa, u tipproduċi drammi oriġinali bil-Malti. Taћt id-direzzjoni tiegћu, STM preżentat seba’ drammi oriġinali bil-Malti f’dawn l-aћћar sitt snin. Huwa kiteb u dderrieġa tnejn minnhom. Is-sena l-oћra Mario Philip ipproduċa, idderieġa u kiteb l-ewwel ko-produzzjoni Malta/Kanada: SAUL: The journey to Damascus, li bћalissa qed jiġi mqassam mad-dinja jkollha minn E-ONE Enetertainment. Bћala direttur artistiku gћall-Valletta 2018, huwa se jfittex li jirriċerka, jiskopri u jifhem il-bżonnijiet, l-aspirazzjonijiet u l-aspettattivi lokali bl-gћajnuna ta’ tim speċjalizzat biex igћinu programmi innovattivi, ispirati mit-talent lokali, sabiex iћallu legat fit-tul.