Il-Fondazzjoni Valletta 2018 flimkien mal-fond Roberto Cimetta qed iniedu fond għall-mobilità speċifikament imfassal biex itejjeb u jżid il-mobilità tal-artisti fl-Ewropa u fil-Mediterran.

L-ewwel sejħa tiftaħ mill-1 ta’ Jannar 2015 u se tkun parti minn serje ta’ sejħiet offruti sal-2018. Dan il-fond jagħti priorità lill-artisti ibbażati Malta u li qed jiżviluppaw proġetti internazzjonali f’Malta, kif ukoll artisti li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta. Għalhekk is-sejħa tibni fuq l-oġġettivi ta’ professjonalizzazzjoni tal-artisti u l-promozzjoni tad-dimenzjoni Ewropea li tħaddan il-Fondazzjoni Valletta 2018.

Fil-kuntest tat-titlu tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018, meta il-Belt se tkun fiżikament u kulturalment salib it-toroq u post ta’ laqgħat fiċ-ċentru tal-Mediterran, il-fond se jtejjeb il-mobilità, il-kommunikazzjoni, l-kollaborazzjoni u l-bdil ta’ ideat bejn kulturi diversi. Fl-istess waqt, se jkun qed jikontribwixxi wkoll lejn il-parteċipazzjoni lokali u tal-kommunità fil-kuntest wiesgħa taż-żona Għarbija-Ewropea.

Għalhekk l-applikazzjonijiet għall-fond tal-mobilità għandhom jindirizzaw direttament waħda mill-erba’ temi tal-Programm Kulturali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura Valletta 2018: Ġenerazzjonijiet, Gżejjer, Rotot u Bliet.

Il-proġetti ta’ kollaborazzjoni li jirriżultaw minn dan il-fond għandhom iseħħu f’Malta jew ikollhom rabta ma’ Malta u t-titlu ta’ Valletta Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Ir-regoli tal-fond Roberto Cimetta japplikaw flimkien ma’ linji gwida biex il-proġetti jkunu kumplimentari għall-viżjoni, l-missjoni u l-oġġettivi ta’ Valletta 2018.

Din l-inizjattiva se twassal għal serje ta’ sejħiet għall-fondi relatati mal-ivjaġġar bejn l-2015 u l-2018. Artisiti u operaturi kulturali li jgħixu jew jaħdmu fir-reġjun Għarbi-Ewropew li jixtiequ jidħlu fi proġetti ta’ kollaborazzjoni li jisodisfaw il-kriterji tal-fond huma mistiedna biex japplikaw.

Din is-sejħa tinfetaħ erba’ darbiet fis-sena u l-applikazzjonijiet jiġu evalwati kull tliet xhur.

Is-sejħa hija amministrata mill-fond Roberto Cimetta, bl-evalwazzjoni ssir konġuntament mill-amministraturi tal-fond kif ukoll mill-Fondazzjoni Valletta 2018. Il-fondi jingħataw lill-applikanti li jikkwalifikaw wara l-ivjaġġar fuq preżentazzjoni u prova ta’ dan flimkien ma’ rapport miktub.

Sejħa bl-EN: FRC.Valletta2018.call.en

Sejħa bil-MT: FRC.Valletta2018.call.mt

Applika għal Travel Grant mis-sit ta’ Roberto Cimetta