Il-Ġonna Howard fl-Imdina se jiġu ttrasformati f’sit għall-kampeġġ għal Utopian Nights: Inside the Border bejn it-30 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu 2018.

Dan l-avveniment mifrux fuq ġimgħa jistieden lill-membri tal-pubbliku biex jinvolvu ruħhom fl-arti b’modi uniċi u kreattivi waqt li jqattgħu lejl, jew aktar, fil-kampijiet tagħhom.

Utopian Nights: Inside the Border, li hu wieħed mill-avvenimenti fil-programm kulturali ta’ Valletta 2018, jistieden artisti, ħassieba u membri tal-pubbliku biex jipparteċipaw f’diskussjonijiet, rakkuntar tal-istejjer, fotografija, poeżija, mużika, wirjiet ta’ films fl-apert permezz ta’ ċinema mobbli li taħdem kompletament bl-enerġija solari, u rappreżentazzjonijiet oriġinali, fost attivitajiet uniċi oħra.

Is-sessjonijiet kollha se jinkludu dibattitu miftuħ flimkien ma’ esperti kif ukoll stedina għar-rispons tal-pubbliku, segwiti mill-opportunità biex titkompla d-diskussjoni waqt avveniment soċjali aktar tard matul il-lejl.

Inside the Border’ hija l-ewwel avveniment fis-serje Utopian Nights; serje ta’ avvenimenti pubbliċi maqsuma f’żewġ partijiet li tipprovdi pjattaforma għad-diskussjoni dwar kwistjonijiet soċjali importanti relatati mal-eżilju u l-kunflitt, u għall-ħsieb dwar erba’ temi kontemporanji: l-ispostament, il-fruntieri, il-ħajja f’kamp u l-komuni globali.

Il-katalist tas-serje hu l-kunċett ta’ Utopja, li huwa mifhum bħala spazju demokratiku – pjattaforma għad-diskussjoni u proġett parteċipattiv fejn kulħadd jista’ jiddibatti, jikkontesta u jiġi sfidat bl-istess mod.

Dan l-avveniment huwa bla ħlas u hu miftuħ għal kulħadd.

Għal aktar informazzjoni u biex taċċessa l-programm sħiħ ta’ attivitajiet żur valletta2018.org u segwi l-paġna ta’ ‘Utopian Nights‘ fuq Facebook.

‘Utopian Nights: Inside the Border’ hu maħluq minn Elise Billiard u organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, Elise Billiard, Sarah Farrugia, Sarah Mallia u Andrea Pullicino, bil-parteċipazzjoni ta’ Checkmate Mido, Kinzénguélé, Alberto Favaro, Jeremy Mangion, Florinda Camilleri u Corps Citoyen.

 

Programm:

Building/Being

F’Malta l-kostruzzjoni tinsab fiċ-ċentru ta’ konflitt politiku. Min aħna u x’inhu dak li qed nibnu? Ejja u għinna nibnu dinja temporanja mfassla fuq il-kunċett ta’ ‘heterotopia’; ejja bil-kamp tiegħek, bis-siġġijiet tiegħek u tapit, ejja biex tesperjenza konstruzzjoni kollettiva, sit għall-ikkampjar inklussiv, taħt id-dell tas-siġar tal-Ġonna Howard.

Data: It-Tnejn 30 u t-Tlieta 31 ta’ Lulju
Ħin: 8am
Post: Ġonna Howard

Solar Cinema: Sense of Belonging

Ġabra ta’ films qosra minn Solar Cinema (70 min) li jittrattaw is-suġġett tal-appartenenza. L-iskrinjar se jiġi ntrodott b’qari mill-poetessa Fatima akka Mahra.

Data: It-Tnejn 30 ta’ Lulju
Ħin: 8.30pm
Post: Ġonna Howard #5

Studju ta’ Ritratti Utopistiku

Il-fotografu Kongoliż André Désire Loutsono se jkun l-ewwel fotografu Afrikan li jieħu ritratti ta’ nies li jgħixu f’Malta. L-istudjo fotografiku tiegħu, imwaqqaf fil-ġnien, joffri sfond differenti tad-dar ideali immaġinarja tal-parteċipanti Afrikani u Ewropej li jgħixu f’Malta.

Data: It-Tlieta 31 ta’ Lulju sas-Sibt 4 ta’ Awissu
Ħin: 4pm sas-7pm
Post: Ġonna Howard #4

FotoKabinett des Imaginaires

Dan l-istudju tar-ritratti, ikkurat mill-grupp kollettiv tal-arti Corps Citoyen, se jagħti l-opportunità lill-viżitaturi biex jaraw u jaqsmu l-ħolm tagħhom fil-forma ta’ ritratt tagħhom infushom. Din hija pjattaforma għal komunitajiet differenti biex juru l-ideat u x-xewqat tagħhom, u aktar importanti, tipprovdi mument ta’ laqgħa bejn individwi li normalment jgħixu ‘l bogħod minn xulxin. Il-metodu se jinvolvi tieqa tal-ħġieġ fejn wieħed jista’ jpinġi sitwazzjoni tal-ħolm fuqha. Il-pubbliku ġenerali mbagħad jiġi mistieden jieħu ritratt wara dan it-tieqa tal-ħġieġ miżbugħa. Dan ir-ritratt se jkun stampat fuq il-post bħala kartolina minn ‘belt ideali’. Il-kartolina se tingħata lill-parteċipant, u se tiġi wkoll esibita fil-mużew temporanju u tintbagħat lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

Data: It-Tlieta 31 ta’ Lulju sas-Sibt 8 ta’ Awissu
Ħin: 4pm sas-7pm
Post: Ġonna Howard #3

Lejl ta’ Rakkuntar tal-Istejjer

Lejl ta’ stejjer in situ fil-ġnien. M’hemm xejn aqwa minn storja tajba biex wieħed jimmaġina ġejjieni aħjar.

Data: L-Erbgħa, 1 ta’ Awissu
Ħin: 6pm
Post Howard Gardens #2

Mużew Temporanju

Permezz ta’ ġabra ta’ immaġni u collage mill-antropoloġista Elise Billiard dwar it-tema tal-għajxien f’kamp, il-ħitan tal-mużew temporanju se jiġu kkurati b’mod kollaborattiv mill-pubbliku, li se jkun mistieden biex iżid ħsibijiet bil-miktub, disinji, ritratti u artefatti. Mal-lejl, il-mużew se jinbidel ukoll f’kamra għal kull min qatt ħolom li jatta’ lejl f’mużew. Din hija opportunità unika!

Data: Mit-Tlieta 31 ta’ Lulju sas-Sibt 4 ta’ Awissu
Ħin: miftuħ il-ġurnata kollha
Post: Ġonna Howard #1

Dibattitu dwar il-fruntieri

Il-fruntieri u ż-żoni mdawwra minn artijiet barranin qed jifframmentaw l-ispazji tagħna. Komunitajiet magħluqa wara grada tad-deheb, parks ta’ divertiment u ċentri storiċi ta’ bliet li jiswew ħafna flus huma f’domanda għolja daqs kemm huma ċ-ċentri ta’ detenzjoni u l-kampijiet tar-refuġjati. It-territorji dejjem qed jiżdiedu. Il-kelliema mistiedna tagħna; Christian Von Borries, Tom Van Malderen, Maria Pisani, Francois Zammit u Alberto Favaro, se jkunu preżenti biex jiddiskutu dawn il-kwistjonijiet mal-pubbliku, waqt li jgħaqqdu l-arti u l-politika.

Data: is-Sibt 4 ta’ Awissu
Ħin: Segwi l-paġna ta’ Facebook: facebook.com/utopiannights/
Post: Ġonna Howard #2

Spoken Word Party + DJ Set

L-artista Tuneżina Lilia Ben Romdhane se tispirana bil-poeżija tagħha bl-Għarbi, bl-Ingliż u bil-Malti. Il-party jkompli bl-awtur, mużiċist u rollerskater professjonali Fattima Mahdi minn Londra flimkien ma’ DJ Shays minn Abuja! Taħlita ta’ mużika Soul, Funk u Afrobeat żgur ser tispira burdata t-tajba għaż-żfin!

Data: is-Sibt 4 ta’ Awissu
Ħin: 9pm
Post: Ġonna Howard #2

Rituals of Destruction

Rappreżentazzjoni sorpriża se tagħtina l-kitt ta’ għodda neċessarju biex nirritornaw lura fid-dinja ta’ kuljum wara ġimgħa fl-utopja.

Data: il-Ħadd 5 ta’ Awissu
Ħin: 7pm
Post: Ġonna Howard #2

Performance: ‘Geography of Lives’

‘Geography of Lives’ tikkonsisti f’rappreżentazzjoni u serje ta’ ritratti bl-għan li jfixklu l-idea li l-fruntieri nazzjonali huma limiti f’forma ta’ linja li jdawru n-nazzjonijiet. Lil hinn mill-barrieri fiżiċi, il-fruntieri jistgħu jitqiesu bħala spazji fihom infushom.

Data: It-Tlieta 31 ta’ Lulju, il-Ħamis 2 ta’ Awwissu u s-Sibt 4 ta’ Awissu
Ħin: 6pm
Post: Fit-toroq tal-Imdina (Tibda f’Mdina Gate)


Valletta 2018 Premium Partners: General Soft Drinks Co. Ltd., Coca Cola, Bavaria and Bank of Valletta