Delegati mill-Karta Ewropea tal-Komunitajiet Rurali żaru diversi siti storiċi matul mawra fil-Belt Valletta organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur.

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur din is-sena organizza t-30 edizzjoni tal-Karta Ewropea tal-Komunitajiet Rurali li għaqdet flimkien sindki, viċi sindki u kunsilliera mit-28 stat Ewropew għal-laqgħa annwali.

Il-laqgħa tal-Karta Ewropea tal-Komunitajiet Rurali saret fin-Nadur bejn id-19 u t-23 ta’ Lulju biċ-Ċermen ta’ Valletta 2018 Jason Micallef jindirizza d-delegazzjoni fil-ftuħ uffiċjali, u flimkien mas-sindku tan-Nadur Edward Said kixef installazzjoni li tikkommemora l-okkażjoni f’Ta’ Kenuna, in-Nadur.

Is-Sur Micallef qal li dan huwa eżattament dak li tfisser Valletta 2018 – proġett kulturali li jgħaqqad flimkien diversi persuni minn komunitajiet, kulturi u esperjenzi differenti.