Fit-3 t’Ottubru, it-tenur magħruf Malti Cliff Zammit Stevens se jiċċelebra l-10 anniversarju tal-karriera estensiva tiegħu billi jtella’ l-akbar kunċert annwali tiegħu f’Malta s’issa
Il-kunċert, appoġġjat minn Valletta 2018, issa se jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fit-8pm, minflok fi Pjazza San Ġorġ, minħabba kundizzjonijiet mhux stabbli tat-temp. Cliff se jkun qed jaqsam il-palk mal-istilla lokali Ira Losco, akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt il-Maestro Philip Walsh.
Dawk kollha li diġà xtraw biljetti ġew ikkuntattjati u nħarġilhom biljett ġdid minn showshappening.com. Kull min jixtieq aktar informazzjoni, jista’ jikkuntattja lil Showshappening fuq [email protected].