Il-Fondazzjoni Valletta 2018 għal darb’oħra qed tikkollabora mal-Kunsill Malta għall-Arti fuq Jazz on the Fringe, proġett li jikkonsisti minn  serje ta’ kunċerti b’xejn u  r-raba’ edizzjoni tal-Malta Summer Jazz Camp.

Il-kunċerti ta’ bla ħlas jinkudu ħamsa ta’ Nofsinhar li se jsiru bejn id-19 u t-23 ta’ Lulju fil-Belt Valletta u li fihom se jieħdu sehem artisti Maltin u barranin. Dawn il-kunċerti se fin-12.30pm u se jittellgħu fi Triq ir-Republika ħdejn il-bini tal-Parlament. Se jingħata wkoll kunċert ieħor b’xejn bil-lejl mill-Kwartett Rino Cirinnà/Warren Galea bis-sehem ta’ Dean Montanaro u Manuel Pulis. Dan se jsir għada f’Talbot & Bons, Sky Parks Business Centre, f’Ħal Luqa fit-8.30pm.

Il-Jazz Camp se jipprovdi erba’ masterclasses u workshops minn edukaturi importanti li ġejjin mix-xena attwali tal-jazz internazzjonali. Dawn ivarjaw minn grooves Amerikani, kant u improvizzar għal tagħlim dwar il-lingwa tal-jazz. Se jingħata ukoll workshop għal min idoqq is-sassofonu. L-applikazzjonijiet magħluqin u l-workshops se jingħataw fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss.

Jazz on the Fringe hu organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-Fondazzjoni Valletta 2018 u bl-appoġġ tal-MIA. Il-Malta Jazz Festival 2016, imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Arti, hu megħjun minn Cyberpass, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, MSV Life u TVM.

 

Żur maltajazzfestival.org għal aktar tagħrif.

 

JAZZ ON THE FRINGE

Il-Kunċerti ta’ Nofsinhar tal-Belt

 

19 ta’ Lulju

William Smith/Kyle Drakard/Dean Montanaro – Kyle Drakard (kitarra), Dean Montanaro (baxx) & William Smith (drums)

 

20 ta’ Lulju

The Johann Strauss School of Music Jazz Combo bis-sehem ta’ Sean Borg (kurunetta), Christian Debono (kant), Fabio Imbroll (kitarra), Daniel Farrugia (kitarra), Daniel Sant (pjanu), Samwel Grima (baxx) u Rafel Grima (drums)

 

21 ta’ Lulju

Sammy Murgo Quartet bis-sehem ta’ Sammy Murgo (sassofonu), Harry Eddleston (pjanu), Simon Sammut (baxx) u Joe Camilleri (drums)

 

22 ta’ Lulju

South Sound Experience bis-sehem ta’ Stjepko Gut (kurunetta), Rino Cirinnà (sassofonu tenur), Roberto Occhipinti (baxx), Marcello Pellitteri (drums) u Joe Debono (pjanu)

 

 23 ta’ Lulju

The Elata Quartet bis-sehem ta’ Angie Vella Zarb (kant), Karl Galea (kitarra), Dean Montanaro (baxx) u Luke Briffa (drums)

 

IL-MALTA JAZZ FESTIVAL 2016

Il-Ħamis 21 ta’ Lulju

Id-daħla ta’ Bieb il-Belt, Valletta fit-8pm

Oliver Degabriele Trio bis-sehem ta’ Damien Fleau

Quddiem il-Qorti, il-Belt Valletta fid-9pm

South Sound Experience bis-sehem ta’ Joe Debono

Harold López-Nussa

 

Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju

Ta’ Liesse, il-Belt Valletta fit-8pm

The Fringe Youth Jazz Ensemble

Marcus Roberts Trio

Bill Evans Band bis-sehem ta’ Dean Brown, Dennis Chambers u Darryl Jones

 

Is-Sibt 23 ta’ Lulju

Ta’ Liesse, il-Belt Valletta fit-8pm

Dominic Galea – The UK Connection

Omer Avital

Snarky Puppy

 

PREZZIJIET TAL-BILJETTI

€30 għal biljett ta’ jum – bilqiegħda (VIP)

€50 għal biljett ta’ jumejn – bilqiegħda (VIP)

€20 għal biljett ta’ jum – bilwieqfa (ikun hemm siġġijiet b’xejn disponibbli)

€35 għal biljett ta’ jumejn – bilwieqfa (ikun hemm siġġijiet b’xejn disponibbli)

 

Il-biljetti jinxtraw minn www.ticketline.com.mt.