Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista, id-Direttur Artistiku tal-Karnival Jason Busuttil u l-kap tal-Landa crew Clint Axisa, aktar kmieni illum żvelaw il-karru tar-Re tal-Karnival li se jkun qed jidher waqt id-defile nhar il-Ġimgħa bħala parti mill-attivitajiet tal-Karnival ġewwa il-Belt Valletta. Il-karru jinkludi diversi dettalji marbutin mal-Belt Valletta fosthom il-Granmastru de la Valette, il-logo tal-Valletta 2018, is-simbolu tal-iljun, u l-monument tal-qampiena tal-gwerra li tinsab viċin il-Barrakka t’Isfel.