Latitude 36 huwa proġett artistiku awdjo-viżiv li jiffoka fuq il-komunità dijasporika Maltija. Min irid jieħu sehem fil-proġett jew isir jaf iżjed dwaru jista’ jibgħat email fuq [email protected].

Il-proġett jinvolvi individwi u gruppi komunitarji Maltin mid-dinja kollha billi jiġbor stejjer personali u kollettivi u jidentifika u jistħarreġ ix-xejriet tal-immigranti permezz tal-arti viżiva.

Il-proġett huwa parti mill-Programm Kulturali Valletta 2018 bħala attività ta’ tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Għal aktar tagħrif, żur il-paġna uffiċjali tal-Facebook.