Magna Żmien – Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi huwa moviment għall-ġbir u d-diġitiżazzjoni ta’ kollezzjonijiet awjdoviżivi li jinsabu fid-djar tan-nies.

L-għan ta’ dan il-proġett uniku huwa li jinħoloq aċċess għall-istejjer u l-memorji tan-nies billi joffri li jaqleb kollezzjonijiet personali li għadhom f’formats qodma, bħal żigarelli tal-awdjo, kassetts, ritratti, diski u tertuqi tat-8mm, għal format diġitali.

Se ssir laqgħa mal-komunità u preżentazzjoni tal-proġett nhar it-Tnejn 9 ta’ April 2018, fil-5.30pm fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat.

Fittex oħroġ dawk il-memorji u akkwista kopja diġitali tagħhom b’xejn, sabiex tgawdi u taqsamhom mal-familja u l-ħbieb. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

Magna Żmien huwa proġett ta’ Valletta 2018 li jagħmel parti mill-Programm Kulturali u Sena Ewropea Tal-Wirt Kulturali.

 

Għal aktar informazzjoni żur www.magnazmien.com